Il-Milied Malti

Għal xi wħud, il-Milied Malti hu nieqes minn ingredjenti li hemm f’artijiet oħra. Jistħajlu Milied bil-borra fuq is-siġar, bil-familja mdawra man-nar tal-fireplace u bi ħwienet li fihom issib kull ma trid għar-rigali tal-Milied. Forsi huma t-television u r-rivisti mlewna li jqiegħdu quddiemna ambjent ta’ Milied iktar interessanti. Biżżejjed riklam fuq it-television biex idaħħalna fl-ispirtu tal-Milied, ikun xi jkun il-prodott li qed jidher mal-kwiekeb, mas-siġra tal-Milied u mar-‘raġel tal-baffi bajda liebes kowt aħmar’. Dan jista’ jwassalna biex inqisu l-Milied Malti bħala tat-tieni klassi u nitħajru għal Milied tal-ħolmiet, Milied tal-kartolini u tar-riklami Continue reading “Il-Milied Malti”