Nixtieq inħares ‘il fuq! …

Għadda illejl! Jum ieħor sebaħ! Għadda illejl bi dlamijietu! Għadda illejl bl-inċertezzi tiegħu! Għadda illejl!

U qomt għal jum ieħor! Jum ta’ ħidma fl-għalqa immensa ta’ Dak li kollox u kulħadd hu tiegħU. Anki jekk, il-ħlejjaq ċkejknin tiegħu, hux qiegħdin barra jimxu fit-triq, inkejja jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol, jew jgħixu fil-familja jew fil-komunità, igawdux ftit tal-jiem fil-btâla, inkella hux qiegħdin għas-sħana u l-irdoss tas-santwarju, ġieli jfettilhom, iva, ta’ bnedmin dgħajfa li huma, jagħtu l-impressjoni li huma tabilħaqq l-imperaturi ta’ kollox. Li kollox miexi f’idejhom! Continue reading “Nixtieq inħares ‘il fuq! …”