Bejn is-16 u t-18 ta’ Diċembru, 5 statwi fi presepju tal-Milied f’Saint-Éloy-les-Mines, Franza ġew vandalizzati, b’rashom u jdejhom imqaċċta.
Il-presepju ilu jiġi esibit mill-awtoritajiet tal-post għal dawn l-aħħar 25 sena. Is-Sindku tal-lokal, Marie-Thérèse Sikora, iddeplorat dan l-att minn “nies ta’ intelliġenza baxxa”. Qalet li l-“Milied hu festa u ma narax għalfejn għandhom jagħmlu hekk lill-presepju.”
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea