“X’inhu l-bniedem?”- dokument tal-Vatikan dwar il-bniedem skont il-Bibbja


Nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni Biblika tal-Vatikan ippubblikat dokument ta’ aktar minn 300 paġna dwar l-antropoloġja Biblika, jiġifieri kif il-Bibbja tħares lejn il-bniedem. Hu riflessjoni ta’ awtorità dwar suġġett li t-teoloġi mhux dejjem jaqblu dwaru.

holqien

L-istudju hu magħmul minn 4 kapitli fuq temi maġġuri li jinkludu l-bniedem bħala ħolqien ta’ Alla, il-bniedem f’relazzjoni mal-bqija tal-ħolqien, ir-realtà tar-relazzjoni bejn il-bnedmin (li tiffoka fuq ir-relazzjoni bejn raġel u mara, l-ulied,…) u l-pjan ta’ Alla ta’ salvazzjoni għall-umanità. Id-dokument ma jagħtix tweġibiet immedjati u preċiżi għall-mistoqsijiet tal-lum dwar il-bniedem skont il-Bibbja, imma jqiegħed prinċipji li jindikaw riflessjoni għat-teoloġi, moralisti u saċerdoti. Għalissa d-dokument hu biss bit-Taljan.

https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2019-12/pontifical-biblical-commission-examines-question-what-is-man.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.