F’dan il-Milied …

Jum biss ‘il bogħod mill-festa tal-Milied it-tħejjijiet għaċ-ċelebrazzjonijiet għaddejjin b’rittmu mgħaġġel bil-bosta. Ħafna qed jintefgħu, b’ruħhom u ġisimhom, għal dawn it-tħejjijiet. M’għandniex xi ngħidu, ġej żmien il-Milied. Madankollu, jekk il-Milied huwa l-festa tat-twelid tal-bniedem-Alla x’irrid li jitwieled fija f’dan il-Milied? Continue reading F’dan il-Milied …

Festa ta’ solidarjetà

Kien jum it-Tlieta 17 ta’ Diċembru 2019. Għall-ewwel deher li kien ħa jkun jum bħas-soltu. Jiġifieri, jum ta’ ħidma sfieqa fl-isptar Mater Dei. Ma’ ħutna l-morda. Li tant għandhom bżonn l-għajnuna ta’ Ġesù fil-Patrijiet Kapuċċini Maltin. Li, it-tradizzjoni Kapuċċina tagħhom dejjem tefagħthom ma’ ħutna l-morda fl-isptarijiet. Madankollu, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, l-istorja qelbet f’daqqa waħda. Kif ngħidu bil-Malti, mill-lejl għan-nhar! Continue reading Festa ta’ solidarjetà