Ċekken lilu nnifsu …

“ĊEKKEN LILU NNIFSU….” – Filippin 2,8

Wasalna sabiex għal sena oħra niċċelebraw il-Festa tal-Milied. Festa li ġġib ħafna memorji sbieħ għal ħafna u forsi memorji koroh għal xi wħud. Festa li ddaħħalna f’atmosfera ta’ ferħ, ta’ ċelebrazzjoni, ta’ preparazzjonijiet li dan iż-żmien iġib miegħu. Festa mimlija b’tant affarijiet kemm spiritwali (għal min irid) kif ukoll materjali, li jekk ma noqgħodux attenti faċli dawn il-ġranet jgħaddu u ma jħallu xejn bis-sens f’ħajjitna ħlief għejja, nfiq ta’ flus, vojt u diżappunti.

Nemmen li nuqqasijiet li nistgħu naqgħu fihom matul il-jiem tal-festi tal-Milied u wara, dawk tal-Ewwel tas-Sena l-Ġdida, huma propju li nieħdu dawn iċ-ċelebrazzjonijiet B’RUTINA u anke li NIKKONĊENTRAW BISS FUQ DAK LI HU MATERJALI. Continue reading “Ċekken lilu nnifsu …”