Il-Ferħ Nisrani

Ħsibijiet dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku ‘Evangelii Gaudium’ (Il-Ferħ tal-Vanġelu), dwar it-tħabbir tal-Vanġelu fid-dinja tal-lum. L-1 parti. (Mill-‘Kelma tal-Kappillan’ tal-Knisja ta’ Santa Marija, B’Kara, Fr Reuben Deguara, fl-insert tal-FLIMKIEN’ ta’ Jannar 2020.) – Ara wkoll l-ewwel kitba f’din is-sensiela, Il-=Ferħ Nisrani”

Continue reading Il-Ferħ Nisrani

L-Isqof Mario f’intervista esklussiva dwar l-esperjenza tas-Sinodu Panamażoniku t’Ottubru 2019

Xahrejn eżatt wara l-għeluq tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar ir-Reġjun Panamażoniku, li fih l-Isqof Mario Grech serva għall-ewwel darba bħala Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, qed inxandru din l-intervista esklussiva li għamillu dwar din l-esperjenza Francesco Pio Attard, Editur tar-Rivista djoċesana Il-Ħajja f’Għawdex.

Continue reading L-Isqof Mario f’intervista esklussiva dwar l-esperjenza tas-Sinodu Panamażoniku t’Ottubru 2019

Ir-raba’ volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

Id-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Il-ġid komuni u l-ġustizzja soċjali huma żewġ temi rikorrenti fid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna li ġew ippublikati fil-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’. Dan il-ktieb li jinsab fir-raba’ edizzjoni tiegħu jiġbor l-omeliji, l-artikli u l-messaġġi ta’ Mons. Scicluna fl-2018, ir-raba’ sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta. L-Arċisqof ippreżenta kopja ta’ dan il-ktieb lill-President George Vella u lill-awtoritajiet tal-Istat waqt l-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida. Continue reading Ir-raba’ volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

Ktieb ġdid minn Dun Hector Scerri

Wara l-pubblikazzjoni f’Mejju 2018 tal-Ewwel Volum ta’ Cor ad Cor Loquitur, Mons. Prof. Hector Scerri, ftit tal-ġimgħat ilu, ippubblika t-tieni volum ta’ Cor ad Cor Loquitur, Qalb tkellem lill-Qalb. Is-sottotitlu huwa Ġabra ta’ Diskorsi dwar il-Fidi u l-Ħajja Nisranija fil-Knisja u fis-Soċjeta’. Continue reading Ktieb ġdid minn Dun Hector Scerri