It-Tlieta, 7 ta’ Jannar 2020: Illum, il-Papa Franġisku reġa’ beda jiċċelebra l-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Huwa fakkar li, kif jgħidilna San Ġwann l-Appostlu, l-Ispirtu s-Santu huwa l-garanzija li Alla dejjem magħna u li m’għandniex nagħtu widen lill-ispirtu tad-dinja għax dan iraqqdilna l-kuxjenza b’mod li ma nibqgħux nagħmlu distinzjoni bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin. Il-ħajja nisranija tfisser li aħna nibqgħu f’Alla bid-dawl tal-Ispirtu s-Santu u mhux skont l-ispirtu tad-dinja. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Ngħidu le lill-ispirtu tad-dinja”