Avviz mid-Djoċesi ta’ Għawdex, iffirmat minn Dun Daniel Sultana u mibghuta lill-Kappillani tal-Parroċċi u Retturi tal-Knejjes f’Għawdex dwar iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Kelma ta’ Alla li ser tkun ċelebrata fil-Knisja Kattolika kollha kull sena fit-Tielet Ħadd tas-Sena Liturġika
Nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar ser jiġi ċċelebrat għall-ewwel darba l-Ħadd il-Kelma ta’ Alla, li fuq xewqa ta’ Papa Franġisku se jkunilna appuntament ta’ kull sena fit-III Ħadd fiż-żmien Matul is-Sena.
Hawn għandkom xi indikazzjonijiet sempliċi li jistgħu jgħinu l-kreattività pastorali tagħkom f’rabta ma’ dan il-Ħadd:
- Silta mill-Ittra Appostolika Aperuit Illis, u link li teħodkom għall-Ittra sħiħa ta’ Papa Franġisku
- Suġġerimenti għal-Liturġija tal-Kelma fil-Quddiesa tat-III Ħadd ta’ M.S.
- Xi sitliet mill-Praenotanda tal-Missal Ruman dwar il-qari tal-Iskrittura fil-Liturġija tal-Kelma
- Suġġerimenti għal Lectio Divina bi tħejjija għall-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla
- Links għal materjal dwar il-Bibbja u t-talb bil-Bibbja
Infakkarkom ukoll li l-KDŻG aġġornat il-google drive tagħha b’xi materjal għal-laqgħat mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Jekk l-animaturi tagħkom għad m’għandhomx aċċess għal din id-drive, tistgħu tkkuntattjaw lil Fr. Mark Bonello fuq kdzg19@gmail.com.