Kull sena, fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar, jiġi ċċelebrat Jum il-Morda bil-Lebbra. Dis-sena jaħbat is-67 Jum il-Morda bil-Lebbra, il-Ħadd 26 ta’ Jannar.
Id-Dikasteru tas-Santa Sede għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Sħiħ tal-Bniedem kull sena joħroġ messaġġ tal-okkażjoni biex juri l-importanza ta’ dan il-Jum.
Dan id-Dikasteru twaqqaf mill-Papa Franġisku permezz tal-Ittra Appostolika maħruġa motu proprio “Humana Progressionem” fis-sena 2016, is-Sena tal-Ħniena.
Mill-1 ta’ Jannar 2017, dan id-Dikasteru beda jinkorpora diversi Kunsilli Pontifiċji: il-Kunsill Pontifiċju tal-Ġustizzja u l-Paċi, il-Kunsill Pontifiċju Cor Unum, il-Kunsill Pontifiċju għall-Kura Pastorali tal-Migranti u l-Popli Itineranti, u l-Kunsill Pontifiċju għall-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa. Id-Dikasteru fih Kummissjoni għall-Karità, Kummissjoni għall-Ekoloġija, u Kummissjoni għall-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa.
Fl-istennija tal-messaġġ għal din is-sena, mill-Uffiċċju Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex ħsibna ikkomunika preżentazzjoni powerpoint b’xi tagħrif, li forsi wieħed jista’ jużah fil-laqgħat biex joħloq aktar awareness u sensibillità lejn din il-marda dinjija. World Leprosy Day 2020