Kors dwar is-simboli li nużaw fil-liturġija

Print Friendly, PDF & Email

Il-Fakultà tat-Teoloġija flimkien mas-Segretarjat għal-Liturġija ser torganizza kors qasir ta’ għaxar laqgħat dwar is-simboli li nużaw fil-liturġija. Dan il-kors hu maħsub li joffri formazzjoni liturġika lil dawk li b’xi mod jew ieħor jaqdu xi ministeru liturġiku fil-knejjes tagħna.

Il-kors issa ser isir fil-Kurja tal-Arċisqof. Nibdew b’mument qasir ta’ talb fil-kappella, imbagħad ikollna t-taħdita fir-rifettorju. Il-kors jibda fis-6.00 u jispiċċa fit-8.00 p.m.

Min jattendi għal-laqgħat kollha jingħata ċertifikat ta’ attendenza maħruġ mill-Fakultà tat-Teoloġija u s-Segretarjat għal-Liturġija.

Importanti li wieħed japplika billi jibgħat email fuq: jesmond.manicaro@um.edu.mt sas-27 ta’ Jannar 2020.

Programm

Napprezzaw mill-Ġdid il-Lingwaġġ Liturġiku

1 6/2 Introduzzjoni għal-lingwaġġ liturġiku Rev. John Berry
2 13/2 Il-mistagoġija: introduzzjoni għas-simbolu liturġiku Rev. Glen Attard oc
3 20/2 Il-ġesti liturġiċi: l-ilma ħaj. Il-karattaru simboliku tal-magħmudija Rev. Martin Micallef ofm cap.
4 27/2 Il-ġesti liturġiċi : L-ikel u x-xorb Joseph Ciappara
5 5/3 Il-ġesti liturġiċi: Iż-żejt simbolu ta’ fejqan u salvazzjoni Rev. Stefano Attard
6 12/3 Il-ġesti liturġiċi – Is-smigħ, proklamazzjoni, kant u silenzju Rev. Paul Sciberras
7 26/3 Il-ġesti liturġiċi – Tqum bilwieqfa, toqgħod bilqiegħda u għarkopptejk, tifrex idejk, trodd is-salib, timxi f’purċissjoni Rev. Jesmond Manicaro
8 2/4 Simboli fl-arkitettura tal-knejjes tagħna: l-altar, l-ambone, is-sedja, il-battisterju, it-tabernaklu, il-bieb ta’ barra, il-post tal-ġemgħa Rev. Nicholas Doublet
9 23/4 Simboli fl-arti nisranija Rev. Jonathan Farrugia
10 30/4 Simboli fl-arti biżantina Rev. Martin Zammit

 

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: