Kull sena matul dawn l-aħħar 10 snin, il-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex organizzat Konferenza Djoċesana b’temi dwar il-familja b’għajnuna biex inkomplu niffurmaw il-familji u l-koppji tagħna f’imħabba awtentika. Il-konferenza ta’ din is-sena ser ikollha t-tema, “Inħobbok! Int bis-Serjetà?”. Din ser ssir fil-25 ta’ Jannar 2020.
Hawn taħt tista’ tisma intervista li Francesco Pio Atatrd għamel ma’ Dun Anton Teuma, responsabbli minn din il-Kummissjoni Djoċesan u ma’ tnejn mill-membri ta’ din il-Kummissjoni, Ivana Farrugia u Tony Bezzina.
Ara aktar dettalji fil-poster ta’ hawn taħt ..