Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar taħbat il-festa ta’ San Franġisk de Sales, Isqof u Duttur tal-Knisja u Patrun tal-Ġurnalisti u Kittieba. F’din l-okkażjoni Mons Isqof Mario Grech, kif għamel fl-imgħoddi se jqaddes għall-ġurnalisti, kittieba u xandara Għawdxin, fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb fl-inħawi taċ-Ċawla Victoria fis-6pm. Billi fit-22 tal-istess xahar, jum it-tifkira tal-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu, Mons Grech ikun għadu msiefer, huwa se jkun qed jgħaqqad flimkien dawn iż-żewġ okkażjonijiet. Kulħadd huwa mistieden.