Il-Papa temm il-katekeżi dwar l-Atti tal-Appostli


Il-Papa Franġisku lbieraħ għamel l-20 u l-aħħar katekeżi dwar il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli waqt l-udjenza ġenerali fl-Awla Pawlu VI, fil-Vatikan.

Papa-Francesco

Franġisku tkellem dwar il-wasla ta’ Pawlu f’Ruma, marbut bil-ktajjen, biex l-Imperatur Ċesare jisma’ l-appell tal-Appostlu.

Kif rajna, qal il-Papa, ir-rakkont ta’ San Luqa dwar kif inxtered il-Vanġelu, fil-

biċċa l-kbira tiegħu jaqbel mal-vjaġġi missjunarji ta’ San Pawl.

F’Ruma Pawlu ngħata merħba mill-komunità nisranija u baqa’ priġunier, imma fid-dar.

Luqa ma jtemmx il-Ktieb tiegħu bir-rakkont tal-martirju ta’ San Pawl, qal i-Papa Franġsiku, imma bid-deskrizzjoni tal-ħeġġa bla tarf tal-Appostlu fix-xandir tal-Vanġelu biex juri li l-Kelma t’Alla hi qawwija tant li ma tistax tintrabat bil-ktajjen.

Il-vjaġġi missjunarji ta’ San Pawl, li laħqu l-quċċata tagħhom f’dil-belt ta’ Ruma, huma xhieda tal-qawwa tal-grazzja t’Alla fil-messaġġ ta’ salvazzjoni tagħha.

Wara li f’dawn l-aħħar ġimgħat għamilna mixja u rajna kif xterdet l-Aħbar it-Tajba madwar id-dinja, ejjew nitolbu lill-Ispirtu Qaddis biex fina lkoll iġedded is-sejħa biex inkunu mimlijin kuraġġ u dixxipli missjunarji ferħanin ta’ Kristu.

B’hekk aħna, fuq il-passi ta’ San Pawl, nimlew id-dinja bil-Vanġelu u l-komunitajiet tagħna nagħmluhom imkejjen ta’ fraternità fejn kulħadd ikun jista’ jiltaqa’ mal-Mulej Irxoxt.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Isma l-Kumment ta’ Francesco Pio Attard dwar din il-Katekeżi tal-Papa Franġisku …

Ara filmat u t-test kollu bil-Malti tal-Katekeżi tal-Papa …

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.