Dalwaqt ikun ippubblikat id-dokument tal-Papa dwar is-Sinodu tal-Amażonja

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku lesta d-dokument dwar is-Sinodu tal-Isqfijiet tal-Amażonja li sar fil-Vatikan is-sena li għaddiet fejn kien hemm proposti dwar l-ordinazzjoni saċerdotali għal irġiel miżżewġa fid-disa’ pajjiżi tar-reġjun u għoti ta’ ministeri ġodda għan-nisa fil-Knisja. Suġġett ieħor tas-Sinodu kien il-qerda ambjentali fir-reġjun tal-Amażonja. Id-dokument, forsi l-iktar wieħed mistenni fis-seba’ snin li Franġisku ilu Papa, qed jiġi rivedut biex wara li jsiru t-traduzzjonijiet jiġi mqassam fl-aħħar ta’ Jannar jew fil-bidu ta’ Frar.

https://www.ncronline.org/news/vatican/francis-finishes-work-amazon-synod-text-publication-expected-within-weeks

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: