Konferenza ‘Fuklar tal-Familja Umana’


F’dan il-weekend il-moviment tal-Focolari qed jorganizza konferenza bl-isem ta’ ‘Fuklar għall-Familja Umana’, f’San Antonio, Texas, l-Istati Uniti. Il-konferenza, li timmarka l-mitt sena mit-twelid ta’ Chiara Lubich, il-fundatriċi tal-Focolari, moviment li jippromwovi l-paċi u s-solidarjetà, se tiffoka fuq l-ekonomija ta’ komunjoni, bil-għan li twassal il-viżjoni tal-Papa Franġisku ħalli tingħata ruħ lill-ekonomija tal-futur. L-ekonomija ta’ komunjoni timmira għal għajnuna lil nies batuti, għal proġetti li jwasslu għal kultura ta’ ġenerożità u għal żvilupp kontinwu tal-kummerċ. Din it-tema hi tweġiba konkreta għall-kultura ta’ profit sfrenat li qed taħkem l-ekonomiji tal-pajjiżi.

https://cruxnow.com/church-in-the-usa/2020/01/san-antonio-conference-to-focus-on-unity-in-time-of-polarization/

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.