L-Arċisqof jordna djaknu ġdid

Is-seminarist Andrew Camilleri ser jiġi ordnat djaknu mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum 20 ta’ Jannar 2020. Il-Quddiesa ser issir fir-residenza ta’ St Vincent de Paule, Ħal Luqa. Camilleri huwa mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żurrieq, u bħalissa qed jaħdem fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Moviment tal-Fokolari f’Ruma, l-Italja. Continue reading L-Arċisqof jordna djaknu ġdid

Il-Papa f’Santa Marta: Il-veru ħelsien niksbuh meta nobdu ‘l Alla

It-Tnejn, 20 ta’ Jannar 2020: Inkunu ubbidjenti għall-Kelma t’Alla li hi dejjem novità. Il-Papa Franġisku għamel din l-eżortazzjoni fl-omelija tal-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta llum. Franġisku kien qed jagħmel riflessjoni dwar l-ewwel qari tal-quddiesa u kkummenta dwar il-fatt li Alla rrifjuta lil Sawl u kien Samwel li għamel dil-profezija. Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Il-veru ħelsien niksbuh meta nobdu ‘l Alla