Is-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex se jkun qed jorganizza kors dwar Medico-Moral Problems and Health Pastoral Care.
Dan hu kors ta’ integrazzjoni u diskussjoni li jsir kull tant snin għas-seminaristi li jkunu fl-aħħar snin tat-teoloġija. Jikkonsisti f’temi ta’ etika applikata rigward każijiet delikati ta’ saħħa fiżika, mentali, u psikoloġika, kif ukoll skills ta’ akkumpanjament spiritwali għall-pazjenti.
Din is-sena hija x-xewqa tagħna li niftħu dan il-kors għas-saċerdoti kif ukoll għal-lajċi. Hawn issib il-programm sħiħ kif ukoll l-appikazzjoni. Min jixtieq jista’ jħalli l-applikazzjoni fil-porterija tas-Seminarju ta’ Għawdex jew inkella jibgħat imejl fuq (ggauci87@yahoo.com)