Prezentazzjoni tal-Mulej

Kull sena fit-2 ta’ Frar, il-Knisja tiċċelebra s-Solennità tal-Preżentazzjoni tal-Mulej Ġesù fit-Tempju, dik li b’mod popolari nirreferu għaliha bħala l-Kandlora – kelma li ġejja mill-kelma “xemgħa” għaliex dakinhar isir it-tberik tax-xemgħat. Hawn taħt tista’ ssib preżentazzjoni dwar din iċ-ċelebrazzjoni.  Hawn tliet verzjonijiet: powerpoint presentation, powerpoint show u video.

Continue reading Prezentazzjoni tal-Mulej

Tintemm il-viżta pastorali fi Fleur-de-Lys

L-Isqof Galea-Curmi f’laqgħa mat-tfal u katekisti fiċ-ċentru parrokkjali ta’ Fleur-de-Lys. Nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar 2020, waslet fi tmiemha l-viżta pastorali fi Fleur-de-Lys, b’Quddiesa ċċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fil-knisja parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu. Għal din il-Quddiesa attendew ukoll il-komunità Filippina u Indjana li jattendu għall-Quddies hemmhekk. Wara, l-Isqof żar il-komunità tas-Sorijiet Agostinjani fil-kunvent tagħhom. Continue reading Tintemm il-viżta pastorali fi Fleur-de-Lys

Il-Papa f’Santa Marta: Il-mondanità ftit ftit lil dak li jkun tmexxi lejn id-dnub

Il-Ġimgħa, 31 ta’ Jannar 2020: Ħajja normali, kwieta, qalb li ma tiċċaqlaqx lanqas quddiem l-aktar dnubiet gravi, mondanità li tisraq il-ħila li tagħraf il-ħażin li tkun qed tagħmel. Fl-omelija li għamel fil-kappella tad-Dar Santa Marta llum il-Papa għamel riflessjoni dwar il-qari meħud mit-tieni Ktieb ta’ Samwel li jitkellem dwar ir-re David, “ir-re qaddis David” li billi ftit ftit dara l-ħajja komda nesa li kien maħtur minn Alla nnifsu.
Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Il-mondanità ftit ftit lil dak li jkun tmexxi lejn id-dnub