Il-Papa f’Dar Santa Marta: “Alla jibki meta nitbiegħdu minnu”

It-Tlieta, 4 ta’ Frar 2020: ‘Ibni, Absalom! Aħjar mitt jien minflokok!’ Din hija l-għajta mnikkta ta’ David li jibki l-aħbar tal-mewt ta’ ibnu. Fl-ewwel qari tal-liturġija tal-lum mislut mit-Tieni Ktieb ta’ Samwel, insibu deskrizzjoni tal-battalja twila li Absalom mexxa kontra missieru David biex joħodlu t-tron. Continue reading Il-Papa f’Dar Santa Marta: “Alla jibki meta nitbiegħdu minnu”

150 siġra mħawla fid-djar ta’ rijabilitazzjoni ta’ Caritas Malta

150 siġra tħawlu fid-djar ta’ rijabilitazzjoni ta’ Caritas Malta grazzi għal PT Matic Enivironmental Services Ltd u lil Saġġar. Il-moviment Fokolari ħa ħsieb parti mill-ispejjeż, u flimkien mar-residenti li qed isegwu l-programm ta’ rijabilitazzjoni kif ukoll wkoll voluntiera minn Camini…amo, qattgħu ħin flimkien iħawlu siġar indiġeni. Continue reading 150 siġra mħawla fid-djar ta’ rijabilitazzjoni ta’ Caritas Malta

Sagħtejn Spiritwalita’

CaptureL-Azzjoni Kattolika tistieden lill-Irġiel (anki jekk mhux membri) għal sagħtejn Spiritwalità “Irġiel għas-Servizz tal-Kommunità” fid-Dar Ċentrali (triq Sir Arturo Mercieca – Victoria) fl-ewwel Sibt tar-Randan 29 ta’ Frar mill-4.30pm sas-6.30.

Immexxi mill-Assistent Ekklesjastiku Djoċesan Kan Noel Saliba, il-programm jikkonsisti minn talb, taħdita, waqfa għall-kafè, video u diskussjoni dwar San Ġużepp (fil-150 sena minn meta nħatar Patrun tal-Knisja).