Illum il-Knisja tfakkar lil San Pawl Miki u Sħabu


Fis-6 ta’ Frar l-Knisja tfakkar lil San Pawl Miki u Sħabu, Martri. San Pawl Miki għex bejn is-snin 1562 sa 1597.

Nagasaki hija dik il-belt fil-Ġappun magħrufa mad-dinja kollha li fuqha splodiet it-tieni bomba atomika li qerdet mijiet ta’ eluf ta’ nies.

Fl-istess belt, tliet sekli u nofs qabel, kienu mietu sitta u għoxrin martri tar-Reliġjon Kattolika, fosthom tliet Ġiżwiti Ġappuniżi: l-Iskolastiku Pawlu Miki ta’ 33 sena, u ż-żewġ Fratelli, Ġwanni Soam ta’ 19-il sena, u Diegu (Ġakbu) Kisai ta’ 64 sena; sitt Franġiskani li erbgħa minnhom kienu Spanjoli: il-Patrijiet Pietru Battista, Martin de Aguirre u Franġisku Blanco, u l-Fratell Franġisku ta’ San Mikiel; Messikan; il-Kjeriku Filippu de las Casas; u Indjan: il-Fratell Gunsalv Garcia; is-sbatax l-oħra kienu lajċi ġappuniżi. Fosthom, qalbiena daqs l-oħrajn, kien hemm tliet subien ta’ xi tlettax-il sena l-wieħed, li kienu jgħinu l-quddiesa tal-patrijiet: dawn kienu S. Lwiġi Ibarki, S. Antnin Deynan u S. Tumas Kasaki.

Dawn ġew arrestati u maqtulin għas-sempliċi raġuni li kienu Nsara. Riduhom jiċħdu l-Fidi u meta baqgħu sodi fi mħabbithom lejn Ġesù. Dawn il-martri ġew marbutin ma’ sitta u għoxrin salib u arbulati ftit aktar minn metru ’l bogħod minn xulxin f’ringiela waħda twila u, minkejja t-tbatija u l-mewt qrib, huma komplew jippriedkaw u jkantaw. Kull wieħed minnhom kellu ħdejh lil dak li kellu joqtlu b’lanza u, meta ngħata s-sinjal, ġew maqtula lkoll f’ħin wieħed.

Qabel miet, Pawlu Miki qal: “Is-sentenza li għaliha ser joqtluni hi li jien Nisrani, u xerridt l-imħabba lejn Ġesù. Fuq l-eżempju ta’ Ġesù, naħfer il-persekuturi tiegħi. Nitlob ’l Alla jkollu ħniena minnhom u nittama li demmi jnissel il-frott fost ħuti l-Ġappuniżi”.

Dan kollu ġara fis-5 ta’ Frar 1597, daqs ħamsin sena wara l-mawra ta’ San Franġisk Saverju fil-Ġappun, meta kien hemm diġà madwar 300,000 Kattoliku. San Pawl Miki u sħabu martri ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.

Meta fid-dsatax-il seklu, il-missjunarji kellhom il-liberta’ li jirritornaw il-Ġappun sabu eluf ta’ nies li kienu baqgħu Insara bil-moħbi.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.