Sejħa qawwija favur ir-refuġjati fil-Greċja


F’ittra lill-Konferenzi Episkopali Ewropej, tliet Kardinali esprimew it-tħassib tal-Papa Franġisku dwar is-sitwazzjoni ta’ iktar minn 20,000 adulti u aktar minn 1,100 minuri mhux akkumpanjati li qed jgħixu fi strutturi prekarji u ffullati fl-Ewopra imma barra s-soċjetà Ewropeja. L-ittra kienet iffirmata mill-Kardinal Jean-Claude Hollerich, Aċisqof tal-Lussemburgu u President tal-COMECE, il-Kardinal Michael Czerny u l-Kardinal Konrad Krajewski.

Inkuraġġiti mill-Papa Franġisku u mill-esperjenzi li rnexxew għar-rilokazzjoni u l-intergrazzjoni tal-familji refuġjati fil-Belt tal-Vatikan u fl-Arċidjoċesi tal-Lussemburgu, il-Kardinali stiednu lill-Knisja fl-Unjoni Ewropea biex ma tkunx indifferenti għar-refuġjati. L-ittra hi akkumpanjata mid-dokument “Linji-gwida ta’proċedura għat-trasferiment ta’ refuġjati mill-Greċja għal pajjiżi Ewropej. Id-dokument, li kien elaborat mill-Komunità ta’ Sant’Eġidju, jipprovdi lill-Konferenzi tal-Isqfijiet l-informazzjon teknika li hi meħtieġa biex jilqgħu u jntegraw lil dawn l-persuni refuġjati u lill-familji tagħhom.

http://www.comece.eu/action/mlr/pv?&idx=987072&cid=2655&uid=5562&sid=2&cks=dda12d49

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

 

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.