Faċilment nistgħu nxebbħuh mal-VRT u mas-Service li minn żmien għal żmien nagħtu lill-karozza. Jew ma’ check-up mediku ta’ rutina jew restawr. Mhux xi ħaġa hekk hu r-Randan? Induru dawra madwarna fid-dmirijiet tagħna lejn Alla, lejn il-proxxmu, lejna nfusna fl-isfond tad-dmirijiet tal-istat tagħna. Dan hu ż-Żmien it-Tajjeb – dan hu Jum is-Salvazzjoni. Hekk tgħidilna l-Liturgija f’dan iż-Żmien Qaddis ta’ Grazzja Ma nitilfuhx –inkella niqdiemu u mmorru lura spiritwalment !
L-ERBGĦA 4 ta’ MARZU
Santwarju Madonna tal-Ħerba – Birkirkara Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu
IL-ĦAMIS 5 ta’ MARZU
Parrocca Madonna ta’ Lourdes – SAN ĠWANN Fit-8.30 am Quddiesa u wara Adorazzjoni
IL-ĠIMGĦA 6 ta’ MARZU
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara
Fid-9.00 ta’ fil-għodu
It-TNEJN 9 ta’ MARZU
Istitut San Ġużepp Sorijiet Dumnikani Ħaż-Żabbar Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu
IT-TLIETA 10 ta’ MARZU
Dar tal-Anzjani Santa Katerina Ħ’Attard Fil-9.45 ta’ fil-għodu
L-ERBGĦA 11 ta’ MARZU
Knisja Madonna ta’ Fatima – G’Mangia
9.00 am: Quddiesa u wara Adorazzjoni
IL-ĦAMIS 12 ta’ MARZU
Madonna ta’ Pompej – Victoria, Għawdex Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu
IL-ĠIMGĦA 13 ta’ MARZU
Istitut Ġesù Nazarenu Iż-Żejtun Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu
IL-ĠIMGĦA 13 ta’ MARZU
Fergħa Ewkaristika Il-Marsa
Fis-6.00 ta’ fil-għaxija u fis-7.00 Quddiesa
IL-ĦADD 15 ta’ MARZU
Santwarju Madonna tas-Samra – il-Hamrun Fil-11.00 ta’ fil-għodu – f’nofs in-nhar Quddiesa
IL-ĦADD 15 ta’ MARZU
Santwarju Madonna Tal-Mellieħa
7.00 pm: Adorazzjoni
IT-TNEJN 16 ta’ MARZU
Kripta San Bastjan Ħal Qormi Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu
IT-TLIETA 17 ta’ MARZU
Kappella San Ġużepp Ħaż-Żebbuġ Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu
L-ERBGĦA 18 ta’ MARZU
Santwarju Madonna Tal-Karmnu – l-Belt Valletta
10.00 am: Quddiesa bis-Supplika Wara Adorazzjoni
IL-ĦAMIS 19 ta’ MARZU
Solennità ta’ San Ġużepp Patrun tal-Knisja Parroċċa tal-Qrendi
Adorazzjoni fl-10.00 ta’ fil-ghodu
IL-ĠIMGĦA 20 ta’ MARZU
Ċentru Santa’Andrija Tarġa Gap Il-Mosta Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu
IL-ĠIMGĦA 20 ta’ MARZU
Knisja Santa’Anna Iż-Żebbiegħ l/o Imġarr
5.00 ta’ fil-għaxija : Adorazzjoni fis-6.00 : Quddiesa
IT-TNEJN 30 ta’ MARZU
Knisja Santwarju Madonna ta’ Pompej – Marsaxlokk Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu
IT-TNEJN 30 ta’ MARZU
Kappella Sorijiet Ursolini Tas-Sliema Adorazzjoni fil-5.00 pm fis-6.00 pm Quddiesa
IT-TLIETA 31 ta’ MARZU
Pax et Bonum Il-Mosta
Wara l-Quddiesa tad-9.00 ta’ fil-għodu