Propjetà tal-Knisja f’Ħal Safi se tiġi trasformata f’ċentru għal persuni bid-dimensja

Proprjetà tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fil-parroċċa ta’ Ħal Safi, ingħaddiet lid-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex jitwaqqaf ċentru ta’ matul il-jum għal persuni li jbatu mid-dimensja, nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu 2020. Dan iċ-ċentru se jservi wkoll ta’ xelter għall-anzjani u għal dawk li jbatu mid-dimensja biex ma jitħallewx weħidhom filgħaxija u matul il-lejl. Iċ-ċentru se jkun l-ewwel wieħed f’Malta li joffri servizz għal matul il-ġurnata u bil-lejl. Il-ftehim għall-perijodu ta’ 25 sena ġie ffirmat mis-Sur Roberto Buontempo f’isem l-Arċidjoċesi ta’ Malta, u minn Dr Renzo Degabriele f’isem id-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.
Continue reading “Propjetà tal-Knisja f’Ħal Safi se tiġi trasformata f’ċentru għal persuni bid-dimensja”