Kiteb Ġdid: Ħalli Ngħidlek Storja


Is-Soċjetà tal-MUSEUM permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca għadha kif ippubblikat ktieb għat-tfal bl-isem ta’ ĦALLI NGĦIDLEK STORJA. Hu miktub minn Joe Galea, bi tpenġijiet attraenti ta’ Roberta Bajada u disinn grafiku ta’ Warren Busuttil.

Capture

ĦALLI NGĦIDLEK STORJA jikkumplimenta ktieb ieħor tal-istess awtur, bl-isem ta’ QABEL NORQOD. Dan l-ewwel ktieb jiġbor fih 45 storja u talba fi tmiem kull storja, filwaqt li ĦALLI NGĦIDLEK STORJA hu ġabra ta’ 35 storja oħra u kull waħda tagħlaq b’tagħlima għall-ħajja. Għalhekk dan il-ktieb m’għandux biss valur rikreattiv imma wkoll edukattiv. L-istejjer huma rrakkuntati b’Malti ħafif u lingwaġġ mid-dinja tat-tfal hekk li dawn jistgħu jaqrawhom bla tbatija u jifhmuhom sew.

Aktar dettalji …

 

 

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.