Illum il-Knisja tfakkar lil San Sofronju


Fil-11 ta’ Marzu l-Knisja tfakkar lil San Sofronju, Patrijarka ta’ Ġerusalemm li twieled għall-ħabta tas-sena 560 u miet fis-sena 638.

Twieled fil-belt ta’ Damasku (is-Sirja) madwar is-sena 560. Wara li studja u għallem għal xi żmien ir-rettorika mar jgħammar fl-ermitaġġ ta’ San Teodosju ħdejn Ġerusalemm. Għal bosta snin, taħt it-tmexxija ta’ San Ġwann Mosku u miegħu, żar is-santwarji u l-monasteri tal-Palestina, tas-Sinaj u tal-Eġittu, fejn sar ħabib taż-żewġ patrijarki ta’ Lixandra, Ewloġju u San Ġwann l-Elemożinier. San Sofronju kiteb il-ħajja ta’ San Ġwann l-Elemożnier ma’ Mosku.

Mar ukoll Ruma ma’ Mosku, u meta dan miet hemm fis-sena 619, ħa ġismu lura lejn il-Palestina u difnu fil-monasteru ta’ San Teodosju.

Kellu sehem kbir fil-lotta kontra l-ereżija tal-Monoteliti, li kienu jgħidu li Kristu kellu rieda waħda biss, ir-rieda tan-natura divina u mhux ukoll dik ta’ bniedem. Fuq din il-kwistjoni kellu kontroversja sew mal-patrijarka Ċiru ta’ Lixandra, u anki ma’ Serġju ta’ Kostantinopoli. Kiteb ukoll trattat kbir kontra din l-ereżija, issa mitluf, fejn ġabar 600 test tas-Santi Padri dwar iż-żewġ ridiet ta’ Kristu.

Għandna tiegħu għaxar omeliji fuq bosta festi tas-sena, magħrufa għall-kontenut dommatiku u għall-istil rettoriku tagħhom. Kiteb ukoll il-ħajja ta’ San Ċiru u ta’ San Ġwann, żewġ martri Lixandrini talli kienu ħelsuh mill-mard tal-għajnejn, u l-ħajja ta’ Santa Marija mill-Eġittu.

Ġie magħżul patrijarka ta’ Ġerusalemm fis-sena 634. Minnufih laqqa’ konċilju biex jikkundanna l-ereżija tal-Monoteliti, u bagħat l-ittra sinodali mwettqa mis-sitt konċilju ġenerali, lill-Papa Onorju, biex ifakkru li s-skiet fuq din il-kwistjoni kien x’aktarx ta’ dannu aktar milli ta’ ġid.

Waqt il-patrijarkat tiegħu kellu jsofri l-waqgħa ta’ Ġerusalemm taħt l-Għarab. Waqt l-assedju tal-belt qaddisa ħa sehem bil-qlubija tiegħu fid-difiża, u mbagħad irranġa l-waqgħa tal-belt mal-kaliffu Omar (636), fejn kiseb il-libertajiet ċivili u reliġjużi lill-Insara bi ħlas ta’ taxxa.

Miet x’aktarx fil-11 ta’ Marzu, 638.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.