Id-direttivi tal-Arċisqof dwar il-quddies


L-Insara huma mistiedna jingħaqdu fit-talb u jevitaw li joħorġu skont il-parir mogħti mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Capture

Wara konsultazzjoni mal‑awtoritajiet tas‑saħħa, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin iwaqqfu l‑funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il‑Quddies ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, u l‑katekeżi tat‑tfal, fl‑Arċidjocesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex. Għalhekk, l‑Isqfijiet qegħdin jagħtu lill‑Insara dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Din il‑miżura ta’ prekawzjoni tidħol fis‑seħħ b’effett immedjat u qed tittieħed għall‑ġid komuni u biex jiġu mħarsa b’mod speċjali dawk l‑aktar vulnerabbli.

F’każ ta’ funeral, is‑saċerdot ser imexxi r‑rit tat‑tberik tal‑fdalijiet fiċ‑ċimiterju, peress li dan huwa post fil‑miftuħ, fil‑preżenza tal‑qraba l‑aktar stretti. Is‑saċerdot imbagħad, fil‑privat, joffri Quddiesa b’suffraġju għal ruħ il‑mejjet.

Il‑knejjes ser ikunu miftuħin fil‑ħinijiet tas‑soltu għal mumenti ta’ talb privat.

Dawn il‑miżuri jibqgħu fis‑seħħ sakemm jingħata avviż ieħor.

L‑Insara huma mistiedna biex xorta waħda jingħaqdu fit‑talb billi jsegwu x‑xandiriet tal‑Quddiesa fuq TVM2Knisja.mt u Newsbook.com.mt kif indikat:

Għada, il‑Ġimgħa 13 ta’ Marzu f’nofsinhar, l‑Arċisqof Charles J. Sicluna ser imexxi Quddiesa mill‑Kappella tal‑Kurja, il‑Furjana.

Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa, ser tixxandar Quddiesa fid‑9:30 a.m. u Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija fil‑5:30 p.m., mill‑Kappella tal‑Kurja, il‑Furjana.

Is‑Sibt u l‑Ħadd, TVM2 ser ixandar iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Quddies mis‑Santwarju ta’ Pinu, Għawdex, u minn knejjes f’Malta.

L‑Isqfijiet iħeġġu għat‑talb u jistiednu lill‑Insara biex il‑familji jitolbu t‑talba tar‑Rużarju.

 

 

 

 

 

 

%d bloggers like this: