Novena lill-Madonna ta’ Lourdes

Print Friendly, PDF & Email

Se ssir novena ta’ talb għall-fejqan mill-pandemija tal-Coronavirus. Tista’ tieħu sehem f’din il-katina ta’ talb billi tingħaqad fir-Rużarju li se jsir fil-Grotta ta’ Lourdes għal 9 ijiem fit-3.30 p.m. mis-17 sal-25 ta’ Marzu, festa tal-Lunzjata. Dakinhar, il-Madonna ddikjarat lil Bernardette Soubirous: “Jien l-Immakulata Kunċizzjoni”.

Meta tirreġistra l-email tiegħek fuq formola online fil-website tas-Santwarju, tirċievi messaġġ kuljum biex tkun tista’ titlob it-talba tal-ġurnata, direttament mal-Grotta ta’ Lourdes jew f’xi ħin li hu l-aħjar għalik. Tista’ twassal xi intenzjoni kif ukoll tinxtgħellek xemgħa. Biex tinvoka lill-Immakulata Kunċizzjoni Immakulata, titlob il-protezzjoni ta’ Marija: “Madonna ta’ Lourdes, itlob għalina.” https://www.lourdes-france.org/en/our-lady-of-lourdes-pray-for-usnovena-to-the-immaculate/

Rapport minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: