Tqarbin fid-djar


Għeżież kappillani u retturi,

Il-virus li attwalment qed jinfirex qed ikollu konsegwenzi eħrex fuq l-anzjani u persuni li, peress li diġà qed isofru kundizzjoni medika, huma ta’ saħħa dgħajfa. Huwa għal din ir-raġuni li l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jinsistu biex dawn in-nies jiżolaw ruħhom kemm jista’ jkun.

dicarlo_angela_10Għaldaqstant, it-tqarbin u ż-żjajjar lill-anzjani u lill-morda wkoll għandu jkun kemm jista’ jkun limitat, u dan għall-ebda raġuni oħra ħlief għall-ħarsien tas-saħħa tagħhom stess.

Ħlief fil-każ gravi ta’ vjatku, it-Tqarbin m’għandux jittieħed minn saċerdot/ministri straordinarji.

Fil-każijiet l-oħra kollha, wieħed għandu jistenna li l-anzjani jitolbu huma li jitqarbnu. Jekk jitolbuna t-Tqarbin, xi ħadd mill-qraba tal-anzjan/marid għandu jiġi l-knisja għas-Sagrament. Mat-teka tingħatalu wkoll karta (annessa) bit-talb li jista’ jingħad f’dan il-mument.

Niftakru li kull att ta’ mħabba għandu jkollu fiċ-ċentru tiegħu l-ġid tad-destinatarju. Att ta’ karità pastorali li jkun ta’ ġid għal persuna partikulari mhux bilfors ikun ta’ ġid għal persuna oħra; hekk ukoll, att ta’ ġenerożità li jkun ta’ ġid lil persuna partikulari f’ċertu żmien, mhux bilfors ikunilha ta’ ġid fi żmien ieħor. Ejjew nitolbu bis-serjetà d-don tad-dixxerniment f’dawn iċ-ċirkustanzi li huma ġodda u li mhumiex tas-soltu u li allura jitolbu għażliet pastorali ġodda u mhux bħal tas-soltu.

F’dan id-dawl, tajjeb li ninqdew bit-telefon: l-istess saċerdoti jew ministri straordinarji li s-soltu kienu jwasslu l-Ewkaristija lill-morda jistgħu jieħdu l-impenn li jċemplu lil dawk il-persuni, jaraw jekk jeħtieġux xi ħaġa urġenti (bħal ikel u mediċina – fuq direttivi dwar dan tistgħu tikkuntattjaw lill-karitas djoċesana), iżommulhom ftit kumpanija, u anki – għaliex le? – jitolbu flimkien.

Intom mitluba tinfurmaw u tfissru dan kollu lis-saċerdoti u lill-ministri straordinarji li s’issa offrew dan is-servizz lill-anzjani u lill-morda fi djarhom.

d Daniel Sultana

Segretarju Pastorali

Dokument bit-Rit tat-Tqarbin u t-talba tat-Tqarbina tax-Xewqa

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.