Il-Ħarba lejn l-Eġittu

Dan hu kwadru interessanti. Fuq dgħajsa, hemm mara taħt il-kenn ta’ ġgant liebes ikħal, qaddief fil-poża ta’ gondoljier u ħmar kwiet, skantat kif sab ruħu abbord. Arcabas jagħżel motif oriġinali biex ipitter il-ħarba fl-Eġittu kif rakkuntata mill-Evanġelista Mattew. L-istatura kbira ta’ Ġużeppi turi r-rwol deċisiv tiegħu. Hu Ġużeppi li jieħu lill-omm u lit-tifel lejn fejn qallu l-anġlu fl-ħolm. Continue reading Il-Ħarba lejn l-Eġittu

Idoqqu l-qniepen u jixgħelu xemgħat fil-25 ta’ Marzu

Bħala sinjal ta’ għaqda fil-pajjiż kollu, l-Isqfijiet ta’ Franza stiednu għal mument ta’ meditazzjoni nhar il-25 ta’ Marzu fis-7.30 ta’ filgħaxija. L-Isqfijiet iddeċidew li f’dak il-ħin jindaqqu l-qniepen tal-knejjes għal 10 minuti. Ipproponew ukoll li, waqt li jindaqqu l-qniepen, in-nies jixgħelu xemgħa fit-twieqi tagħhom biex juru komunjoni ma’ dawk li mietu, mal-morda u l-għeżież tagħhom, ma’ dawk li qed jieħdu ħsieb il-morda u dawk li qed jagħmlu l-ħajja possibbli fil-pajjiż.

Continue reading Idoqqu l-qniepen u jixgħelu xemgħat fil-25 ta’ Marzu

Il-Papa f’Santa Marta: Il-Papa offra l-quddiesa għall-ħabsin u ħeġġiġna biex nagħmlu t-tqarbna tax-xewqa

Il-Ħamis, 19 ta’ Marzu 2020: Kif ilu jsir mill-ġimgħa li għaddiet, illum, solennità ta’ San Ġużepp, patrun tal-Knisja Universali, il-quddiesa mill-kappella tad-Dar Santa Marta ntweriet fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni tas-Santa Sede. Id-19 ta’ Marzu huwa wkoll is-seba’ anniversarju tal-bidu tal-pontifikat ta’ Franġisku.
Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Il-Papa offra l-quddiesa għall-ħabsin u ħeġġiġna biex nagħmlu t-tqarbna tax-xewqa