Il-Ħarba lejn l-Eġittu

Dan hu kwadru interessanti. Fuq dgħajsa, hemm mara taħt il-kenn ta’ ġgant liebes ikħal, qaddief fil-poża ta’ gondoljier u ħmar kwiet, skantat kif sab ruħu abbord. Arcabas jagħżel motif oriġinali biex ipitter il-ħarba fl-Eġittu kif rakkuntata mill-Evanġelista Mattew. L-istatura kbira ta’ Ġużeppi turi r-rwol deċisiv tiegħu. Hu Ġużeppi li jieħu lill-omm u lit-tifel lejn fejn qallu l-anġlu fl-ħolm. Continue reading Il-Ħarba lejn l-Eġittu