Għid Lhudi Kristjanizzat


Ir-Rakkont tal-Għid Lhudi Kristjanizzat. Okkażjoni tajba sabiex kif ninsabu lkoll miġbura fi djarna, kif barra mill-bibien ta’ djarna jinsab aktar periklu għal saħħitna u saħħet il-proxxmu tagħna, kif ninsabu qrib il-festa tal-Għid, niskopru kemm dak li qed ngħixu bħalissa ma jistax ma jfakkarniex proprju kif twieled l-Għid! Festa tal-mogħdija ta’ Alla, festa tal-familja, festa ta’ tama fil-ħelsien. Dan kollu jista’ jsir waqt ikla li l-Lhud (ħutna l-kbar) għadhom jiċċelebraw sal-lum daqslikieku kollox qed jitwettaq minn Alla llum. F’din l-ikla jitwieldu t-tqarbin, is-saċerdozju Kattoliku, il-quddiesa. Saħansitra l-Velja tal-Għid għandha l-oriġni tagħha f’din l-ikla. Hija okkażjoni biex il-familja tħejji ikla flimkien, tikkonsma ikla flimkien, titlob flimkien u tifraħ u – għaliex le – tidħak flimkien.

Dun Joseph Bajada

 

Ara wkoll il-verżjoni powerpoint (pptx) … Ir-Rakkont tal-Għid Lhudi Kristjanizzat

Ara wkoll il-verżjoni powerpoint (ppsx) … Ir-Rakkont tal-Għid Lhudi Kristjanizzat

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.