L-aħbarijiet u l-fehmiet dwar il-coronavirus ma jonqsux. X’aktarx li jkunu dwar pajjiżi importanti. Minbarra dwar Malta, nisimgħu kuljum dwar iċ-Ċina, l-Italja, Franza, Spanja, l-Ingilterra u l-Istati Unit. Dawn il-pajjiżi, għalkemm sinjuri, sabu ruħhom bla ħila quddiem il-pandemija. Bnew sptarijiet fi ftit jiem, bidlu katidrali fi sptar, żiedu s-sodod bl-eluf u pproduċew ventelaturi li jiswew l-eluf u maskri protettivi bil-miljuni. Continue reading “Mhux kulħadd l-istess fil-coronavirus”