Il-kotra tal-ħut (it-2 parti)

Print Friendly, PDF & Email

Mill-Vanġeli ta’ wara l-Għid

Ġerusalemm jew il-Galileja

Kif għedna fl-ewwel parti ta’ dan l-artiklu, kien fil-Galileja fejn Ġesu għex, fejn għażel id-dixxipli u wettaq l-ewwel mirakli. Meta naqbdu dan l-inkwadru ġografiku, Ġwanni jgħidilna li kollox jibda’ hemm. Il-mewt mela mhix it-tmiem tal-missjoni ta’  Ġesu’. Trid tkompli bis-sehem tad-dixxipli tiegħu. Il-Galilea hi msejħa l-Galilea tal-ġnus għax ħafna pagani kienu jgħixu hemm. Gwanni jippreċiża, anzi, li l-misjoni afdata minn Ġesu kienet li jxandru l-aħbar it-tajba lill-bnedmin tad-dinja kollha.

Capture

Mhux b’kumbinzzoni li l-Għadira hi msejħa hawnhekk ‘baħar’, għax il-baħar hu simboli ta’ fejn joqogħdu s-setgħat tal-ħażen,… il-forzi ostili. Il baħar hu rikk b’tifsir fil-Bibbja. U hawn xi ftit eżempji: Biex joħloq id-dinja, Alla fired l-art u l-baħar: hu jiġma’ l-ilma naħa waħda (Ġenesi 1,9-10).       Biex jeħles lill-Lhud Alla fired il-baħar fi tnejn sakemm setgħu jgħaddu fuq terra ferma: grazzi għal Alla u għal Mose, il forzi tal-ħażen intrebħu (Esodu 1,16). Alla, fis-setgħa tiegħu, ibiddel il-baħar f’art (Salmi 66,6). Fid-dinja gdida ma jkunx hemm aktar baħar (Apokalissi 21,1). Fil-waqt li jinnota li Ġesu hu fuq ix-xatt, l-evanġelista jafferma, hawnhekk ukoll, il-fidi tiegħu fil-qawmien. Alla qajjem lil Ġesu’ li issa qiegħed fid-dinja l-ġdida, hemm fejn ma hemmx iżjed baħar. Wieħed jiskopri wkol li l-qawmien hu ħolqien ġdid, ħelsien, twelid f’dinja t’Alla fejn il-forzi tal-ħażen u tal-mewt innifisha huma mirbuħa definittivament.

Il-fatt li d-dixxipli reġgħu lura fir-regjun tagħhom għas-sengħa ta’ sajjieda juri li ma stennewx il-qawmien ta’ Ġesu’. Għalihom l-avventura ta’ Ġesu’ kienet intemmet. F’din l-epoka, fil-fatt, it-tislib, għal Lhud kien sinjal ta’ saħta minn Alla, għax, skond id- Dewtoronomju 21, 23, hu misħut minn jiġi mdendel mas-salib. Jitilqu mela Ġerusalemm, Iċ-ċentru reliġjuż, biex jieħdu mill-ġdid ix-xogħol tagħhom ta’ sajjieda fuq l-Għadira ta’ Tiberiade. Il-mixja tagħhom tixbah lil dik tad-dixxipli t’Emmaws (Luqa 24), li huma fid- dlam u fid-dubju.

Ġesu’ li jieħu l-inizjattiva

L-inizjattiva ta’ din is-sajda bil-lejl tidher li ġiet minn Pietru li kien ċaħad lill-imgħallem tiegħu u ġustament, id-dlamijiet, il-lejl, jissimboliżżaw id-dnub, il-firda minn Alla, in-nuqqas ta’ fidi. Ukoll mhux stramba li l-ħut ġew, meta Ġesu qal: ‘Mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn” (Ġw.  15, 4,5). L-evanġelista ma jikkundannax l-inizjattiva tal-bniedem. Imma, f’dil-biċċa letterarja, jisstottolinja li, mingħajr Alla, il-ħajja tal-bniedem ma tistax ikollha frott.

Bħar-rakkonti l-oħra tad-dehriet ta’ Ġesu’ mqajjem mill-mewt, Hu għandu l-ħabta li juri lilu nnifsu li Hu qiegħed hemm, imma ma jkunx magħruf mill-ewwel. Malli jiġi Ġesu, id-dlam jgħib. Il-għodwa, il-jum, il-ħruġ mil-lejl, huma kollha xbiehat li jgħinuna naħsbu fid-dawl tal-ħolqien (Ġenesi 1, 2). Ifakkruna f’espressjonijiet ta’ Ġesu, bħal: Min jiġi warajja ma jimxi qatt fid-dlam. Jiena d-dawl tad-dinja. It-tama titwieled mill-ġdid għax dak li rebaħ fuq id-dlamijiet u l-mewt qiegħed hemm, ħaj bħal dejjem.

Ġesu jieħu l-inizjattiva tas-sajda. Jinteressa ruħuh fil-ħajja tad-dixxipli tiegħu. Ħasbu li ma kienx fosthom, imma Hu juri li qiegħed hemm, fid-diffikutajiet tagħhom. Bħal qabel mewtu, Ġesu Hu dak li jingħaqad ma’ dawk li huma huma f’diffikulta’. Li titfa’ x-xbiek fuq il-lemin, jiġifieri terġa’ lura lejn Alla. Fil-Bibbja, fil-fatt, it-terminu lemin hu spiss marbut m’Alla. Il-leminija tal Mulej hi sinjal tas-setgħa tiegħu. Esodu 15.6. Ġesu’ ġie merfugħ fil-lemin t’Alla. Atti, 2, 33. Ġesu’ qiegħed il-lemin t’Alla. Kolossin 3 .1. Lhud, 1.3. 10.12.  12.2) Fil-ġudizzju, il-magħżulin ikunu mqiegħdin fil-lemin t’Alla. Matt. 25, 34. … U d-dixxipli obdew.

Is-sinifikat ta’ kotra

Fil-Bibbja, l-abbundanza u l-b’xejn huma marbutin maż-żmien messjaniku. Dan in-numru, 153, jikkorrispondi għat-totalita’, għat-temmija ta’ l-Alleanza. Fil-fatt, fl-epoka, wara kollox, wieħed jara 15-il speċi ta’ ħut. 153 hija l-addizzjoni tal-ewwel 17-il numru. Numri li jindikaw il-ligi u l-perfezzjonij). Id-dixxipli ġew imsejħa biex jaqbdu kull xorta ta’ ħut, li jiġbduhom mill-baħar, allegorija għall-konverżjoni tal-bnedmin. Mingħajr dubbju, għax il-baħar hu spiss rappreżentat bħala l-post fejn jgħixu l-forzi tal-ħażen. Il-ħut jirrappreżentaw allura l-bnedmin maqbudin mill-forzi tal-ħażen u li għalihom Ġesu’ ġab il-ħelsien.

F’Mattew 4, 19 u Luqa 5.10, Ġesu’ jiddikjara lill-Appostli: nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin. Il-missjoni tad-dixxipli tikkonsisti filli joħroġ lill-bnedmin mill-ħażin, jeħlishom. Il- vokazzjoni tagħhom tixbaħ lil dik ta’ Mose’, barra li s-salvazzjoni tikkonċerna n-nazzjonijiet kollha, is-salvazzjoni hi universali. L-Appsotli huma msejħa biex ikunu salvaturi flimkien ma’ Ġesu’.

Fl-istess ħin iseħħ dak li Ġesu’ ddikjara f’Mattew 13 47. Is-saltna tixbaħ lil xibka mitfugħa l-baħar li taqbad minn kull xorta ta’ ħut.

Joe Galea

 

 

 

Leave a Reply