L-Għemejjel tal-Qawmien mill-Imwiet

Bħalissa bdejna ż-żmien tal-Għid. Jiġifieri ż-żmien fejn Kristu Rxoxt, Kristu Mqajjem minn bejn l-Imwiet, qiegħed idur magħna. Issa, dan Kristu, qiegħed idur magħna mhux biex jispijja. U, wisq anqas, biex jittrombja tafux! U hekk l-uffiċċju tiegħU tal-informazzjoni tassew li jkun mitmugħ fuq li mitmugħ! Le! Imma Kristu qiegħed idur magħna biex, bi mħabbtu li ma taqta’ qatt għalina, jerbaħna għas-Saltna tad-Dawl li għaliha hu jappartjeni. Għax Hu stess qal: Jiena d-Dawl tad-dinja (Ġw 8:12). Continue reading L-Għemejjel tal-Qawmien mill-Imwiet

Kappillani fost il-voluntiera fl-isptarijiet

Flimkien ma’ eluf ta’ persuni li bla heda jinsabu fl-ewwel linji tal-pandemija Covid-19, hemm il-kappillani tal-isptarijiet, li qed jipprovdu kura spiritwali għall-pazjenti u għall-istaff. Ħafna kienu s-saċerdoti li talbu minn jeddhom biex ikunu kappillani fl-isptarijiet temporanji li nbnew jew ġew attrezzati minħabba ż-żieda ta’ morda bil-pandemija. Continue reading Kappillani fost il-voluntiera fl-isptarijiet

Ħlasijiet ta’ funeral u għajnuna mill-kappillani

Dikjarazzjoni mill-Kulleġġ tal-Kappillani Parrokkjali. Is-70 kappillan tal-Arċidjocesi ta’ Malta ssospendew l-kontribut finanzjarju mogħti lis-saċerdot għas-servizz tal-funerali. Din il-miżura temporanja hija intenzjonata li ttaffi d-diffikultajiet finanzjarji li ħafna familji qed jesperjenzaw konsegwenza tas-sitwazzjoni li żviluppat mill-imxija tal-coronavirus. Continue reading Ħlasijiet ta’ funeral u għajnuna mill-kappillani

Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għall-familji fil-bżonn u għall-użuraj biex il-Mulej imissilhom qalbhom u jikkonvertu

Il-Ħamis, 23 ta April 2020: F’bosta nħawi qed jinħass wieħed mill-effetti tal-pandemija: tant familji fil-bżonn, bil-ġuħ u, sfortunatament, qed ‘jgħinuhom’(!) grupp ta’ użuraj. Din hi pandemija oħra. Il-pandemija soċjali: familji ta’ nies li għandhom xogħol prekarju, li ma jistgħux jaħdmu u m’għandhomx x’jieklu… bit-tfal. Imbagħad l-użuraj jeħdulhom dak il-ftit li għandhom. Nitolbu, nitolbu għal dawn il-familji, għal dawk il-ħafna tfal f’dawn il-familji, għad-dinjità ta’ dawn il-familji, u nitolbu wkoll għall-użuraj biex il-Mulej imissilhom qalbhom u jikkonvertu.

Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għall-familji fil-bżonn u għall-użuraj biex il-Mulej imissilhom qalbhom u jikkonvertu