It-Talb għall-fejqan

Ħsieb fuq il-pittura ‘San Sebastjan ikkurat minn Irene’, ta’ George de La Tour (1593-1652)

Id-dlam miksur biss minn torċa bi tliet ftieli qed idawwal lill-erba’ nisa miġburin madwar il-ġisem ta’ San Sebastjan. Xena li teħodna fi żmien il-persekuzzjoni ta’ Dioklezjanu: Sebastjan, ċenturjun fl-armata Rumana, ġie minfud mill-vleġeġ għax għen lill-Insara. Il-lejla wara dan il-martirju, armla twajba, Irene, tersaq mal-qaddejja tagħha lejn Sebastjan mitluq għal mejjet u tfejqu. Continue reading It-Talb għall-fejqan