Lectio Divina għar-4 Ħadd tal-Għid. Sena A

Vanġelu (Ġw 10. 1-10):  Ġwanni jsejjaħ lir-ragħaj “ħo kalos” – sabiħ.  Ir-ragħaj hu tajjeb imma wkoll sabiħ.  Aħna nsejħu lil Alla bħala Missier, ħallieq, re.  Imma din ix-xbiha ta’ Alla Ragħaj minn dejjem kienet għażiża kemm għall-poplu Lhudi u kemm għalina l-Insara.  Fis-Salmi nsibu: “Int mexxejt lill-poplu tiegħek bħala merħla permezz ta’ Mose” (77); “Int ragħaj ta’ Israel, gwida għal Ġużeppi, ismagħna” (80); “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi” (23). Continue reading Lectio Divina għar-4 Ħadd tal-Għid. Sena A

Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għall-persuni kollha ta’ qalbhom sewda

Il-Ħadd, 26 ta’ April 2020: Waqt il-quddiesa tal-lum nitolbu għall-persuni kollha ta’ qalbhom sewda, għax waħedhom, jew għax ma jafux x’hemm jistenniehom fil-futur, inkella għax ma jistgħux imexxu lill-familja minħabba nuqqas ta’ flus minħabba li huma bla xogħol.  Tant nies li għaddejjin minn żmien ta’ swied il-qalb: illum nitolbu għalihom.

Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għall-persuni kollha ta’ qalbhom sewda