Livestreams ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof matul Mejju 2020


Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑COVID‑19 dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mtNewsbook.com.mt.

Tista’ ssegwi dawn iċ-Ċelebrazzjonijiet minn fuq din il-paġna tal-Laikos … http://laikos.org/quddiesa_live.htm

Capture

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Is‑Sibt filgħaxija tixxandar Quddiesa għaż‑żgħażagħ mill‑bitħa tal‑Kurja tal‑Arċisqof. Din tixxandar fuq il‑Facebook page u l‑YouTube channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u fuq radju 103.
  • Il‑Ħadd fid‑9:30am tiġi ċċelebrata Quddiesa bil‑Malti fuq TVM2; u fl‑10:30am fuq Facebook u YouTube tiġi ċċelebrata Quddiesa bl‑Ingliż, mill‑Knisja ta’ San Franġisk, il‑Ħamrun. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż tixxandar fuq TVM2 fis‑6:30pm.

F’dawn il‑ġranet il‑Quddies ser jixxandar minn dawn il‑knejjes:

Il‑Ħadd 3 ta’ Mejju, Jum il‑Vokazzjonijiet, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bil‑Malti u oħra bl‑Ingliż mill‑Kappella tal‑Iskola Primarja tas‑Seminarju, Tal‑Virtù.

Il‑Ġimgħa 8 ta’ Mejju, festa tal‑Madonna ta’ Pompei, fil‑11:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa, f’nofsinhar jitlob s‑Supplika lill‑Madonna ta’ Pompej u r‑Rużarju, fil‑Knisja tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk. Din il‑Quddiesa tixxandar fuq TVM2 fil‑5:30pm.

Is‑Sibt 9 ta’ Mejju, festa ta’ San Ġorġ Preca, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella ta’ Sidtna Marija tal‑Midalja Mirakoluża, il-Blata l‑Bajda.

Il‑Ġimgħa 22 ta’ Mejju, festa ta’ Santa Rita ta’ Cascia, fil‑11:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mill‑Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta. Din il‑Quddiesa tixxandar fuq TVM2 fil‑5:30pm.

Il‑Ħadd 31 ta’ Mejju, Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bil‑Malti u oħra bl‑Ingliż, mill‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.