Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għall-governanti li għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu ħsieb il-popli tagħhom f’daż-żmien ta’ kriżi

Is-Sibt, 2 ta’ Mejju 2020: Illum nitolbu għall-governanti li għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu ħsieb il-popli tagħhom f’daż-żmien ta’ kriżi – kapijiet ta’ stati, presidenti ta’ gvernijiet, leġiżlaturi, sindki – sabiex il-Mulej jgħinhom u jtihom il-forza għax xogħolhom mhux ħafif.  U meta jkun hemm id-differenzi bejniethom jifhmu, fil-mumenti ta’ kriżi, li jeħtiġilhom ikunu magħqudin sfiq għall-ġid tal-poplu għax l-għaqda tisboq il-kunflitt.

Illum, is-Sibt 2 ta’ Mejju, hawn magħqudin magħna fit-talb 300 grupp ta’ talb li bl-Ispanjol jissejħu madrugadores, jiġifieri ‘li jqumu kmieni’: ibakkru biex jitolbu, iqumu kmieni ħafna proprju biex jitolbu.  Bħalissa dawn magħqudin magħna.

Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għall-governanti li għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu ħsieb il-popli tagħhom f’daż-żmien ta’ kriżi