Indulġenza Plenarja fit-tifkira tat-800 anniversarju mill-martirju ta’ San Anġlu ta’ Ġerusalemm


F’għeluq it-800 sena mill-martirju ta’ Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm, il-Penitenzjerija Appostolika tat l-indulġenza Plenarja għas-sena 2020-2021 mill-5 ta’ Mejju sa għeluq il-Ġublew fl-istess data.

Capture

L-indulġenza tinkiseb:

  • fis-Santwarju ta’ Sant’Anġlu f’Licata
  • fil-‘Knisja Omm’ ta’ Sant’Angelo Muxaro, fejn il-qaddis qatta’ żmien bħala eremita fl-għerien kif ukoll evanġelizza in-nies tal-post,
  • fl-Arċidjoċesi ta’ Agrigento,
  • fil-knejjes Karmelitani kollha mxerrda madwar id-dinja, u
  • fil-knejjes u l-kappelli li fihom hemm il-kult ta’ Sant’Anġlu jew huma ddedikati lilu.

Hawn Malta, insibu ħjiel ta’ devozzjoni antika lejn Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm, li tmur lura sa 54 sena minn wara mewtu. Minbarra l-knejjes kollha Karmelitani, f’Malta hawn żewġ knejjes ‘djoċesani’ li wieħed jista’ jgawdi minn din l-indulġenza plenarja:

  • Il-kappella fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu (fi żmien il-Kavallieri biddlu t-titular imma għad hemm kwadru ta’ Sant’Anġlu fiha),
  • Il-Knisja ta’ Santu Rokku fil-Belt Valletta, li tkabbret f’ġieħu mill-Granmastru Caraffa wara l-pesta, u oħra li hija ius patronat tal-familja Bonnici-Testaferrata u li tinsab fiż-Żejtun.

Il-kundizzjonijiet huma dawk tas-soltu: indiema mid-dnubiet u proponiment għal ħajja aħjar, sehem fis-Sagrament tar-rikonċiljazzjoni (meta mhux possibbli – bħal f’dan iż-żmien att ta’ ndiema bil-fehma li wieħed iqerr meta jkun possibbli). Mas-sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieħ Sant’Anġlu ssir l-istqarrija tal-fidi, u talb skont l-intenzjoni tal-Papa u sehem fil-Quddiesa. L-indulġenza tista’ tiġi applikata għall-għeżież mejtin tagħna. Il-morda u dawk li għal xi raġuni gravi ma jistgħux jieħdu sehem fiżikament fiċ-ċelebrazzjonijiet jingħaqdu spiritwalment u jitolbu wkoll quddiem xbieha ta’ Sant’Anġlu.

Għada 5 ta’ Mejju fil-Quddies li ser isir live mill-knejjes Karmelitani, tista’ tintrebaħ din l-indulġenza plenarja:

6.30am Quddiesa bil-Latin mill-Knisja tal-Karmnu, l-Imdina, immexxija minn P. Charlo Camilleri O. Carm.

4.00pm Quddiesa Solenni bil-Malti mis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta, immexxija minn P. Joseph Saliba O. Carm., Provinċjal.  Il-Quddiesa ser tiġi trasmessa wkoll fuq Xejk Tv.

4.30pm Quddiesa bil-Malti mill-Knisja parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta.

7.00pm Quddiesa bil-Malti mill-Knisja parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura.

Matul is-sena, meta jkun possibbli minħabba l-pandemija, ser isiru ċelebrazzjonijiet f’ġieħ Sant’Anġlu f’xi jiem partikulari, minbarra f’jum il-festa tiegħu. Dawn se jkunu okkażjoni tajba biex wieħed ikompli fl-għarfien tal-ispiritwalità u l-kariżma Karmelitan.


Talba tal-Ġublew tal-martirju ta’ Sant’Anġlu

O glorjuż Sant’Anġlu, ħuna u missier tagħna fil-fidi, l-ewwel frott ta’
qdusija fl-Ordni Karmelitan li mxejt wara l-Mulej Ġesù b’qalb safja u
kuxjenza nadifa, idħol għalina, għall-komunitajiet tagħna, għall-għeżież
tagħna, għall-Knisja u għall-ġens tal-bnedmin. Inti li smajt is-sejħa
ta’ Alla fl-Art Imqaddsa, itlob għalina sabiex inkunu nistgħu
nilqgħu s-sejħa li l-Mulej għamel lil kull iweħed u waħda minnha.

Inti li ntlaqt fil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu, għinna naraw il-frott ta’ kull
ġest ta’ mħabba li aħna nwettqu b’risq ħutna l-bnedmin.
Inti li mxejt fid-deżert fuq il-passi ta’ Kristu l-Imgħallem,
idħol għalina sabiex nieħdu ħsieb il-ħajja ġewwenija tagħna,
ngħarblu ħsibijietna u l-intenzjonijiet moħbija tagħna,
sabiex kollox fina jiġi msoffi bl-imħabba
li kollox temmen, kollox tittama, kollox iġġerraħ.

Inti li terraqt fuq l-art u fuq l-ibħra flimkien ma’ ħutek sabiex ixxandar l-Evanġelju tal-Ħajja, itlob għalina sabiex il-fidi tagħna tissaħħaħ fl-għotja
tagħna nfusna ta’ kuljum fl-għażliet li nagħmlu, fl-imġiba tagħna,
fir-relazzjonijiet tagħna hekk li jiddi f’kollox id-dawl tal-Evanġelju li jsaħħaħ u jagħti l-ħajja.

Inti li ma ħrabtx milli tagħti l-ogħla
xhieda għal Kristu quddiem il-ksuħat tal-ħażen, idħol għalina
sabiex nitgħallmu inkunu felħana fis-sewwa, hekk li mwaħħlin
mas-Salib ta’ Kristu Sidna ma nistmerrux nagħtu ħajjitna fl-imħabba lill-bnedmin.

Inti li issa msebbaħ fis-Sema, mal-Verġni Mqaddsa Marija,
Sultana tal-Qaddisin u ma’ Missierna San Elija l-Profeta, itlob għalina
lil Alla li jista’ kollox, sa ma naslu fil-ferħ ta’ dejjem li Kristu ħejja
għalina fis-Saltna.

Sant’ Anġlu ta’ Ġerusalemm, ta’ Sqallija u Licata,
Karmelitan u Martri ta’ Kristu, itlob għalina.

Hekk ikun.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.