Novena bi tħejjija għall-festa liturġika ta’ San Ġorġ Preca – Il-Ħames Jum

Novena bi tħejjija għall-festa liturġika ta’ San Ġorġ Preca li se tkun iċċelebrata nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju 2020.

Talba qasira li fiha nirriflettu aspetti varji tal-karizma ta’ dan il-qaddis Malti.

Nitolbuh il-bżonnijiet tagħna. Nitolbuh għal pajjiżna u għad-dinja wkoll f’din is-siegha diffiċli. Continue reading Novena bi tħejjija għall-festa liturġika ta’ San Ġorġ Preca – Il-Ħames Jum

Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għall-familji biex ikomplu jgħixu fil-paċi, bil-kreattività u bil-paċenzja, tul il-kwarantina

It-Tnejn, 4 ta’ Mejju 2020: Illum nitolbu għall-familji.  F’daż-żmien ta’ kwarantina, il-familja magħluqa d-dar tipprova tagħmel ħafna affarijiet ġodda, ħafna kreattività mat-tfal, ma’ kulħadd, biex tibqa’ għaddejja.  U hemm ħaġa oħra: kultant ikun hemm il-vjolenza domestika.  Nitolbu għall-familji biex ikomplu jgħixu fil-paċi, bil-kreattività u bil-paċenzja, tul il-kwarantina.

Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għall-familji biex ikomplu jgħixu fil-paċi, bil-kreattività u bil-paċenzja, tul il-kwarantina

Lectio Divina tal-5 Ħadd tal-Għid. Sena “A”

Vanġelu (Ġw 14, 1-12): L-aħbar tat-tradiment ta’ Ġuda, taċ-ċaħda ta’ Pietru u tat-tluq ta’ Ġesu ħawdu ħafna l-imħuħ tal-Appostli.  Ġesu qalilhom li kien jaqblilhom li huwa jmur għand il-Missier, għax kien se jħejjilhom post u jerġa’ jiġi għalihom.  Fil-fatt il-Knisja dejjem kienet tgħożż din il-wegħda  u tistennieh “sa ma jiġi fil-glorja.” Continue reading Lectio Divina tal-5 Ħadd tal-Għid. Sena “A”