Il-Pastorali wara l-Pandemija

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2020: Messaġġ lill-Kappillani tal-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex …

IL-PASTORALI WARA L-PANDEMIJA

Il-knejjes vojta jagħmlulek għafsa ta’ qalb! Imma x’inhu tassew vojt: il-knejjes jew aħna?

Smajt diversi presbiteri jilmentaw li jħossuhom diżorjentati għaliex iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ġew sospiżi. Bħal donnu minħabba l-fatt li ma nistgħux inqaddsu għan-nies u lanqas namministraw is-sagramenti, is-saċerdozju ministerjali tagħna sar bla tifsira u inutli. Ħabta u sabta l-pastorali tagħna spiċċat. Huwa fatt li anki xi lajċi ħassewhom mitlufin għax ma setgħux jieħdu sehem fil-quddiesa – il-fatt li sabu ruħhom impediti milli jiġu l-knisja għall-quddiesa kkundizzjona r-relazzjoni tagħhom ma’ Alla. Konsegwenza ta’ dan għamlu pressjoni fuqna biex inħaffu nerġgħu għar-ritwali tas-soltu. Continue reading Il-Pastorali wara l-Pandemija

Novena bi tħejjija għall-festa liturġika ta’ San Ġorġ Preca – Is-Seba’ Jum

Novena bi tħejjija għall-festa liturġika ta’ San Ġorġ Preca li se tkun iċċelebrata nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju 2020.

Talba qasira li fiha nirriflettu aspetti varji tal-karizma ta’ dan il-qaddis Malti.

Nitolbuh il-bżonnijiet tagħna. Nitolbuh għal pajjiżna u għad-dinja wkoll f’din is-siegha diffiċli. Continue reading Novena bi tħejjija għall-festa liturġika ta’ San Ġorġ Preca – Is-Seba’ Jum

Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għal kull min jaħdem fil-qasam tal-meżżi tal-komunikazzjoni

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2020: Illum nitolbu għal kull min jaħdem fil-qasam tal-mezzi tal-komunikazzjoni.  F’daż-żmien ta’ pandemija dawn jgħixu f’riskju kbir, filwaqt li x-xogħol huwa kbir.  Jalla l-Mulej jgħinhom fil-ħidma tagħhom biex dejjem iwasslu l-verità.

Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu għal kull min jaħdem fil-qasam tal-meżżi tal-komunikazzjoni