Wara xahrejn magħluqin, il-bibien tal-knejjes fl-Italja reġgħu nfetħu biex il-pubbliku jkun jista’ jattendi għaċ-ċelebrazzjonjiet liturġiċi. Kull min jidħol fil-knisja jiġi assigurat li m’għandux temperatura ta’ aktar min-normal. Għat-Tqarbin kulħadd se jibqa’ f’postu biex jirċievi l-Ostja f’idejh mingħand is-Saċerdot. L-attendenza fil-knisja trid tkun limitata, speċjalment fil-Ħdud u fil- l-festi. Għalhekk il-Kappillani jridu jassiguraw li n-numru ta’nies ikun skont id-daqs tal-knisja, u li dawk preżent joqogħdu f’distanza minn xulxin.
https://www.avvenire.it/chiesa/pagine/tornano-messe-con-popolo-nessun-disagio
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea.