Il-Papa Franġisku jniedi s-Sena għal-Laudato Si’


Nhar il-Ħadd 17 ta’ Mejju l-Papa Franġisku inawgura l-Ġimgħa ta’ Laudato Si’ biex tfakkar il-5 anniversarju tal-enċiklika Laudato Si’. Il-ħsieb ta’ din l-inizjattiva hu li tinħoloq u tiġi msaħħa attitudni kostruttiva lejn il-kura tal-ħolqien.

cak_laudato_si

Il-Ġimgħa ta’ Laudato Si’, bejn is-16 u l-24 ta’ Mejju, hi l-bidu ta’ sena ta’ attivitajiet dedikati għall-implimentazzjoni tal-Laudato Si’. Ħames snin wara l-publikazzjoni tagħha, il-Laudato Si’  hi iżjed relevanti meta nqisu s-silġ li qed idub, in-nirien li ħakmu l-Amazonja, il-bidliet estremi fil-klima u r-riskji fil-bijodiversità.

https://cruxnow.com/vatican/2020/05/vatican-launches-year-long-celebration-of-laudatosi/amp/

 

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.