Xi tfisser għalija l-Knisja?

Print Friendly, PDF & Email

Fr Louis Mallia mssp jwieġeb għal din id-domanda permezz ta’ rakkont mill-esperjenza personali ta’ ċkunitu u tal-quddiesa mill-Papa li ommu kienet tħobb issegwi dirett mill-Vatikan fuq it-televsion tad-dar tagħhom fiż-Żebbuġ, Għawdex.

Imma llum, għal Fr Louis, jew Patri Ġiġi kif huwa komunement magħruf b’mod affettiv ħafna, xi rwol għandhom it-television u l-mezzi l-oħra tal-media fil-missjoni tal-Knisja?  Tista’ qatt din il-komunità virtwali thedded dik reali li soltu kienet tinġabar fil-Knisja tar-raħal?

Ħajr lil Fr Louis Mallia mssp ta’ dan il-kumment tiegħu dwar il-Knisja u s-sitwazzjoni preżenti.  Napprezzaw daqstant ieħor l-opinjoni tiegħek.  Iktbilna …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

11 thoughts on “Xi tfisser għalija l-Knisja?”

  1. Importanti li tisma quddiesa l-knisja biex tircivi l-Gesu gewwa fik ha tkun it-tabernaklu haj.
    Amen

  2. Grazzi Lil father Louis. Niehu gost nisma IL quddiesa meta jqaddess hu. Jirnexilu jghmilni ferhana. QED nimisja like immur IL knisja. Allavolja MA kontx wahda immur ta spis imma e niprova nsegwi min fun TV. Jien nahseb li IL quddies ghndu jibqa jixxandar go djar kulljum. Grazzi.

  3. Meta konna tfal tal-Muzew kienu għallmuna t-talba tat-tqarbina tax-xewqa. Kwazi qatt ma tlabtha, mhux għax kont nitqarben dejjem, imma meta ma tqarbintx, aktarx minhabba bruda, lanqas ħassejt il-bżonn li nitlob dit-talba.  Biż-żmien insejtha, insejt li qatt kienet teżisti.  F’dawn il-jiem, mhux biss erġajt skoprejtha mill-ġdid u tgħallimtha bl-amment, imma wkoll nista’ ngħid li naf tassew xi tfisser.  Illum nitlobha tassew mill-qalb.

    Hu żgur li l-quddies fuq it-televixin u l-internet qed iħalli ħafna ġid.  Bla dubju ta’ xejn.  U x-xewqa fija li mmur lura l-knisja u nitqarben, mhux birdet, imma aktar tkebbset,

    Grazzi lil dawk kollha li qed iwasslulna l-Kristu u l-Knisja tiegħu fid-djar tagħna.

  4. Nahseb li fic-cirkustanzi li qeghdin nghixu bhalissa, il-knisja qed taghmel missjoni permezz tal-medja socjali u tat-televixin. U nahseb li kif ghedt int, Fr Louis, hemm numru sostanzjali ta’ nies li kienu ilhom ma jersqu lejn knisja u li issa qed isegwu l-quddiesa minn fuq it-televixin…. nitlob lill-Mulej li meta l-affarijiet jergghu jigu f’posthom, in-nisrani jkun jippreferi li bhala komumita nergghu naqsmu l-Ewkaristija flimkien fil-knejjes taghna. Is-servizz fuq it-televixin ghandu jibqa’ biss ghal dawk li minhabba sahhithom ma jistghux johorgu mid-dar.
    Grazzi u prosit Fr Louis. Il-Mulej iharsek.

  5. Dawn l-aħħar ġimgħat, smajt diversi drabi min jgħid, aktarx jikteb aktar milli jgħid, “iġri jiftħu l-knejjes ħalli nerġgħu mmoru lura lejn dak li konna sa tliet xhur ilu.”

    Jien nifhem l-intenzjoni tajba ta’ min jirraġuna b’dan il-mod. Sa ftit jiem ilu aktarx kont nirraġuna l-istess jiena wkoll. Imma llum persważ li Alla ħares nerġgħu lura għal dak li konna għaliex ikun ifisser li minn dawn l-aħħar xhur ma nkunu tgħallimna xejn. Il-Knisja li rridu ngħixu wara l-esperjenza tal-pandemija trid tkun waħda ħafna isbaħ minn dik li konna drajna.

    Illum qed nippruvaw ngħixu l-Knisja tad-dar, mhux tant minħabba l-quddies fuq it-television daqskemm il-komunità nisranija li bosta jistqarru li qed jiskopru. Min jaf kemm insara oħra, għal raġunijiet differenti, għexuha qabilna matul l-elfejn storja tal-Kristjaneżmu. Għalhekk din il-Knisja tad-dar trid twassalna biex meta jasal il-waqt, ngħixu b’mod aktar sabiħ l-esperjenza tal-Knisja Komunità fil-parroċċa, fid-djoċesi, fid-dinja.

    Kull mezz li llum jista’ jgħinna f’dan l-ideal, kemm jekk quddies fuq it-televison, kemm jekk priedki, diskussonijiet jew filmati fuq media oħra, huwa tajjeb u għandna nagħmlu kull ma nistgħu biex nużawh bl-aħjar mod. Il-bqija nħalluh f’idejn il-Mulej.

  6. Niftakar l-inkwiet kbir li kien hawn fil-pajjiż, meta bdew jitfaċċaw l-ewwel computers.  40 sena ilu, dawk li konna nsejħulhom computers kienu bħal ġugarelli ħdejn dawk tal-lum, anzi l-ġugarelli f’idejn it-tfal ċkejknin tal-lum huma bil-ferm wisq aktar avvanzati minnhom. Madankollu l-problema dakinhar, anke ta’ awtoritajiet, kienet il-biża li t-teknoloġija diġitali kienet ser tieħu post il-bniedem u hekk bosta kienu ser jispiċċaw bla xogħol. L-esperjenza urietna l-maqlub, għaliex bil-computers, ix-xogħol mhux talli ma naqasx, imma żdied.

    Ilum hawn min għandu l-istess biża’, mhux minħabba l-computers, imma minħabba l-quddies fuq it-television u l-mezzi soċjali.  Hawn min jinsisti li issa tant drajna nisemgħu l-quddies mill-kumdità ta’ djarna, li meta l-knejjes jerġgħu jiftħu ser insibuha bi tqila biex nibdew immorru.

    Nemmen li dan huwa kollu biża’ infondat, l-istess kif kien 40 sena, dak dwar il-computers. 

  7. Andi ommi ma tohrogx mid-dar. Ghaliha mnalla tkun il-quddiesa tat-televixin. Mhux biss issa fi zmien il-korona

  8. Mela l-quddies fuq it-televion beda llum?  Jew forsi hawn min qed jahseb li dawk li ma kienux imorru l-quddies sa qabel ghalqu l-knejjes, kienu jaghmlu hekk ghax kienu jisemghuh fuq it-televison?

  9. Illum qed jistaqsu meta se jifthu l-knejjes. Jiena nejd li konna insara ta veru, qatt ma konna nalqu. Bicca virus bezzana mur ara l-iljuni tal-martri x’kienu jamlulna.

  10. Grazzi Fr Louis tal-quddies li taghmel fuq it-tv inti u l-qassisin l-ohra

  11. Jien nahseb li l-attendenza fil-quddies ser tkompli tonqos wara din l-esperjenza.  Hafna qed jghidu li la l-quddies fuq l-internet huwa tajjeb illum, allura ghandu jkun tajjeb ghada.  La llum bit-television tissordisfa l-precett, għandu jibqa’ l-istess anke wara li jghaddi kollox.  Sintendi jiena ma naqbilx, imma hekk jirragunaw hafna.

Leave a Reply

%d bloggers like this: