Kollox kien sew sakemm wasal kelb jinbaħ u beda jdur mat-tifel. lċ-ċkejken inġibed Iura u ggranfa mal-mamà. Dawk li kienu miegħu għamlulu l-qalb: “Tibżaxl … Dak ma jigdimx! … Ma jagħmillek xejn!” M’hemmx għalfejn ngħidu Ii t-tifel baqa’ mqabbad m’ommu, imwerwer daqs qabel. Kliem iI-kbar ma kienx biżżejjed, għax mhux ħafif Ii tirbaħ il-biżgħa tat-tfal b’erba’ kelmiet.
Dan l-aħħar, il-ħajja tat-tfal inbidlet, kif inbidlet tal-adulti u tal-anzjani. It-tfal qed jgħaddu ħafna ħin ġewwa, bl-esperjenzi ta’ kull familja. Il-biċċa l-kbira jidhru kuntenti; bla skola, ħafna mill-ġranet huma sbieħ u għandhom biex jehdew. Imma dan kif jidher minn barra. Hemm emozzjonijiet li għad jitfaċċaw l-effetti tagħhom jekk ma noqogħdux attenti.
It-tfal jibżgħu?
Meta quddiemna għandna tifel jew tifla Ii għadhom ċkejknin, irridu nsaqsu lilna nfusna: “X’idea għandhom dwar dak Ii hemm madwarhom?” Tarahom ipaċpċu, jidħqu, jaqbżu u jilagħbu; u tiggustahom. Imma tistaqsi: “X’qed jaħsbu? X’inhi d-dinja għalihom?” Fi kliem ieħor irridu numiljaw ruħna quddiem iċ-ċkejknin u nammettu Ii I-kbar ma jistgħux jifhmu x’inhu għaddej minn moħħhom. Uħud jaħsbu Ii fehmu x’inhuma uliedhom, Ii jafu dawn xi jridu u Ii kapaċi jsolvulhom il-problemi. Imma jkunu għadhom ‘il bogħod għax iċ-ċkejknin iħarsu lejn iI-ħajja b’mod differenti minn tal-kbar.
Waħda mill-emozzjonijiet Ii I-ġenituri jridu jistudjaw sew fit-tfal hi l-biżgħa. It-tfal jibżgħu; il-biżgħa hu parti minn ħajjithom, għax għad m’għandhomx il-ħila Ii weħidhom jiddefendu ruħhom quddiem dak Ii għadhom ma jafux x’inhu. Għalihom iI-wisgħa tal-‘mhux magħruf’ hija ħafna ikbar minn tal-kbar. FI-età żgħira tagħhom it-tfal qed jgħixu I-esperjenza tal-bniedem primittiv quddiem kull xorta ta’ perikoli. Bħalu t-tfal qed jesploraw id-dinja bħallikieku din tikkonsisti f’xi ħaġa kbira kontrihom. Għal kull ġrajja mhux mistennija, iċ-ċkejknin jirreaġixxu b’biżgħa. It-tfal jibżgħu mill-annimali, mill-maltemp, mid-dlam, mill-barrranin u l-bqija.
Tifel ried Ii t-toys Ii kellu f’għamla ta’ annimali, … ngħag, żwiemel, ħmir, orsijiet, … jiġu mqiegħda b’mod Ii meta hu jkun rieqed għajnejhom ma jħarsux lejh. Qabel jorqod, ommu kienet tpoġġi dawn I-annimali b’wiċċhom mal-ħajt, Meta dawn ir-regoli ma ġewx rispettati, it-tifel kien ibati biex jorqod, għax kien jibża’, għax it-tfal għandhom rutina Ii jħossu li għandhom isegwu.
Għaliex it-tfal jibżgħu?
Minbarra mill-annimali Ii semmejna, oġġetti oħra ta’ biżgħa għat-tfaI huma I-art Ii tinfetaħ, id-dragun, is-saħħara, … u simboli oħra Ii jfissru xi qawwa. ll-ħallelin u n-nies goffi huma wkoll xi ħaġa Ii jġagħlu t-tfal jibżgħu. Il-ġenituri Ii jorbtu magħhom b’mod qawwi Iil uliedhom żgħar, fll-ħolm u fiI-fantasija jidhru bħala dawk Ii jirbħu lil kulħadd, … lis-sħaħar, lill-annimali selvaġġi u I-ilmijiet I-iktar fondi. Dan juri kemm it-tfal jeħtieġu I-kenn tal-ġenituri biex jirbħu l-biżgħa.
Min-naħa l-oħra, tfal jibżgħu minn xi annimal għax jidentifikawh ma’ xi atteġġjament tal- ġenituri, f’dak Ii hu kefrija, egoiżmu jew xi ħaġa oħra Ii qed iddejjaqhom. Ġieli wkoll jilagħbu mal-biżgħa b’ċertu gost hekk Ii huma spiss mingħajr biżgħa quddiem perikli tassew. Ikun hemm min jippreferi sitwazzjonijiet Ii suppost ibeżżgħuh.
ll-biżgħa fit-tfal jistgħu inissluha l-ġenituri. Uħud jiżbaljaw meta jaħsbu Ii meta ż-żgħar ikunu mehdijin fil-logħob m’humiex attenti għal dak Ii qed jingħad. Wara diskussjoni bejn il-kbar, tifla marret fuq ommha u staqsietha: “Imma kif weġġgħu dawk in-nies?” Kienet qed issegwi t-taħdita b’attenzjoni! Dan jgħodd għat-television Ii jimpressjona ħafna Iit-tfaI, avolja l-kbar jaħsbu Ii dawn mhumiex jifmhu.
Żewgt aħwa bniet ma riedux imorru I-iskola għax qalu Ii hemm xi ħadd Ii se jagħmlilhom xi ħsara, IiIhom u lit-teacher. Dan ġara wara Ii raġel spara fuq tfal fi skola fl-lskozja. Hawn tfal iffissati biex jagħlqu sew il-bibien u t-twieqi tal-kmamar u jagħżlu Ii jibqgħu id-dar Ii ma jmurx jidħol xi ħadd. Isaqsu Iil ommhom, I-aktar meta jibda’ jidlam: “Ma, inti sakkart sew?” Stampa fuq magazine timpressjona ħafna lit-tfal u tibqa’ mwaħħla f’moħħhom. Niftakar kemm għamlet effett fuq ċkejken stampa ta’ tifel mejjet f’idejn suldat.
Rispett lejn il-biżgħa tat-tfal
Meta t-tfal jibżgħu, m’għandhomx jiġu meħuda biċ-ċajt. Mhux lakemm wieħed iċċekknilhom ir-raġuni tal-biżgħa, bħal fil-każ tal-kelb Ii qed idur mat-tifel. Xi drabi l-ġenituri jieħdu t-tfal biċ-ċajt b’intenzjoni tajba. Imma dan hu ħażin: għax meta xi ħadd jirridikola l-biżgħa ta’ ħaddieħor, ma jkunx qed iċekken ir-raġuni tal-biżgħa, imma jkun qed inaqqas il-fiduċja tal-oħrajn lejh.
Tifel kien imur iI-kattidral maz-zija. Għax kien joqgħod imqareb, iz-zija kienet tgħidlu Ii qed jiġi jittawwal ix-xitan minn waħda mit-twieqi. It-tifeI emmen, u għal xi żmien il-ħsleb taz-zija rnexxa. Imma mbagħad it-tifel induna Ii dak ma kienx ix-xitan, imma kien id-dell tal-organista Ii kien jidher hekk kif dan jitlaq minn postu. It-tifel, ‘il quddiem sar it-tabib Albert Schweitser, … xjenzjat, missjunarju, u … organista. Liz-zija ma ħafrilhiex malajr!
It-tfaI jibżgħu mid-dlam; iI-Iejl mhux il-ħabib tagħhom. Tkun ħaga tajba jekk qabel ma ż-żgħar jorqdu, I-omm jew iI-missier ikellmuhom fuq xi ħaga sabiħa u Ii huma jħobbu. Jistgħu jitolbu magħhom fuq I-oġġett li jagħżlu, għax it-talb jikkalma lit-tfal u jħalli Ii għajnejhom jingħalqu bil-mod sakemm jintilfqu fir-rqad. Bħala eżempju, iI-fjuri huma xi ħaga Ii t-tfal iħobbu. ll-ġenituri jistgħu jivvintaw akar suġġetti għal qabel l-irqad taċ-ċkejknin tagħhom.
Minn Joe Galea