Il-Papa Franġisku japprezza l-ġest ta’ Isqof għarkupptejh b’solidarjetà għal George Floyd


F’dawn l-aħħar jiem, rajna nies jinżlu għarkupptejhom, fosthom pulizija li ssejħu biex iżommu l-ordni minħabba l-protesti għall-qtil ta’ George Floyd. Hekk għamel l-Isqof Mark J. Seitz, ta’ El Paso, Texas, b’omaġġ għal George fil-Memorial Park.

SEITZ KNEE POPE

Imdawwar minn Saċerdoti mid-Djoċesi tiegħu, ukoll għarkupptejhom, l-Isqof Seitz żamm tabella għal dinjità lejn persuni bħal George. F’telefonata lill-Isqof Seitz, il-Papa Franġisku wera l-apprezzament tiegħu għas-solidarjetà tal-Isqof . Il-Papa u l-Isqof qalu li fil-Quddiesa huma jitolbu għal xulxin.

https://www.franciscanmedia.org/after-taking-a-knee-border-bishop-gets-a-call-from-the-pope/?utm_content=130951682&utm_medium=social&utm_source=twitter&hss_channel=tw-18640935

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.