33. Il-Knisja tixhed lil Kristu


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 20/05/1992.

1. L-uffiċċju profetiku, li dwaru tkellimna fil-katekeżi preċedenti, huwa attwat mill-Knisja permezz tax-xhieda tal-fidi.

Din ix-xhieda tinkludi u tenfasizza l-aspetti kollha tal-ħajja u tat-tagħlim ta’ Kristu. Dan insibuh stabbilit f’test tal-Konċilju Vatikan II, fil-Kostituzzjoni pastorali Gaudium et spes, meta tippreżenta lil Ġesù Kristu bħala l-Bniedem il-ġdid, li jipproġetta dawlu fuq l-enigmi tal-ħajja u tal-mewt,  altrimenti insolvibbli. “Biss fil-misteru tal-Verb inkarnat – jgħid il-Konċilju – isib il-vera dawl il-misteru tal-bniedem” (GS 22). U wara jiddikjara li din hija l-għajnuna li l-Knisja feħsiebha toffri lill-individwi sabiex jiskopru u jerġgħu jiskopru fir-rivelazzjoni divina l-identità vera u sħiħa tagħhom. “Ladarba l-Knisja – naqraw – rċeviet l-inkarigu li turi l-misteru ta’ Alla, li huwa l-fini personali tal-bniedem, hija fl-istess ħin tiżvela lill-bniedem is-sens tal-eżistenza propja, jiġifieri l-verità profonda tal-bniedem. Taf sewwa l-Knisja li Alla biss, li għas-servizz tiegħu hija ddedikata, jagħti tweġiba għax-xewqiet tal-qalb umana , li qatt ma tistà tkun għal kollox imxebbgħa bil-ġid ta’ din l-art” (GS 41). Dan ifisser li l-uffiċċju profetiku tal-Knisja, li jikkonsisti fit-tħabbir tal-verità divina, jinvolvi wkoll ir-rivelazzjoni lill-bniedem tal-verità dwaru stess, verità li biss fi Kristu turi ruħha fil-milja kollha tagħha.

2. Il-Knisja turi lill-bniedem din il-verità mhux f’forma tejoretika jew astratta, imma b’mod li nistgħu ngħidu eżistenzjali u konkret sewwa, għaliex il-vokazzjoni tagħha hija li tagħti lill-bniedem il-ħajja li hi fi Kristu msallab u rxoxt: bħal ma Ġesù nnifsu jħabbar minn qabel lill-Appostli, “għaliex ngħix jien u intom tgħixu” (Ġw 14, 19). Id-donazzjoni lill-bniedem ta’ ħajja ġdida fi Kristu għandha l-bidu tagħha fil-waqt tal-Magħmudija. San Pawl dan jiddikjarah b’mod inkomparabbli fl-Ittra lir-Rumani: “O ma tafux li ladarba mgħammdin fi Kristu Ġesù, ġejna mgħammda fil-mewt tiegħu? Permezz tal-magħmudija mela indfinna flimkien miegħu fil-mewt, sabiex bħal ma Kristu kien imqajjem mill-imwiet permezz tal-glorja tal-Missier, hekk ukoll aħna nistgħu nimxu f’ħajja ġdida. Jekk infatti konna magħqudin għal kollox miegħu b’mewt tixbaħ lil tiegħu, hekk ukoll inkunu bil-qawmien mill-imwiet . . . Hekk ukoll intom qisukom mejtin għad-dnub, imma ħajjin għal Alla, fi Kristu Ġesù” (Rm 6, 3-5. 11). Dan huwa l-misteru tal-Magħmudija, bħala inawgurazzjoni tal-ħajja l-ġdida ipparteċipata mill-“Bniedem il-Ġdid”, Kristu, lil dawk li jiġu nseriti b’mod sagramentali fl-uniku Ġisem tiegħu, li hija l-Knisja.

3. Fil-Magħmudija u fis-sagramenti l-oħra wieħed jistà jgħid li tassew “il-Knisja tiżvela lill-bniedem is-sens tal-eżistenza propja tiegħu”, b’mod ħaj u vitali. Wieħed jistà jitkellem dwar “evanġelizzazzjoni sagramentali”, li tidħol mill-ġdid fl-uffiċċju profetiku tal-Knisja u tgħinna nifhmu aħjar l-verità dwar il-Knisja bħala “komunità profetika”. Il-profetiżmu tal-Knisja jesprimi ruħu fit-tħabbir u l-produzzjoni sagramentalment is-“sequela Christi”, li ssir imitazzjoni ta’ Kristu mhux biss f’sens morali, imma bħala riproduzzjoni vera u propja fil-bniedem tal-ħajja ta’ Kristu. “Novità ta’ ħajja” (Rm 6, 4), ħajja divina, li permezz ta’ Kristu tiġi pparteċipata lill-bniedem bħal ma b’mod ripetut jiddikjara San Pawl: “Bih (Kristu) Alla ta l-ħajja lilkom ukoll, li kontu mejtin minħabba fi dnubietkom” (Kol 2, 13); “Jekk wieħed huwa fi Kristu, huwa krejatura ġdida” (2 Kor 5, 17).

4. Kristu huwa mela t-tweġiba divina li l-Knisja tagħti għall-problemi fundamentali umani: Kristu, li huwa l-Bniedem perfett. Il-Konċilju jgħid li “Kull min isegwi lil Kristu . . . jagħmel lilu nnifsu wkoll iktar bniedem” (GS 41). Il-Knisja, waqt li tagħti xhieda għall-ħajja ta’ Kristu “Bniedem perfett”, tindika lil kull bniedem it-triq lejn il-milja tar-rejalizzazzjoni tal-propja umanità. Hija tippreżenta lil kulħadd bil-predikazzjoni tagħha mudell awtentiku ta’ ħajja, u tnissel f’dawk li jemmnu bis-sagramenti l-enerġija vitali li tippermetti l-iżvilupp tal-ħajja l-ġdida, li tespandi minn membru għal ieħor fil-komunità ekkleżjali. Minħabba dan Ġesù jsejjaħ lid-dixxipli tiegħu “melħ tal-art” u “dawl tad-dinja” (Mt 5, 13-14).

5. Fix-xhieda tagħha għall-ħajja ta’ Kristu, il-Knisja tgħallem lill-bnedmin lil Dak li bil-mod l-iktar perfett attwa tul l-eżistenza tiegħu terrena “il-kmandament suprem” (Mt 22,38-40), minnu stess iddikkjarat. Attwah fid-dimensjoni doppja tiegħu. Infatti b’ħajtu u b’mewtu Ġesù Kristu wera xi jfisser tħobb lil Alla “fuq kull ħaġa”, f’dak l-atteġġjament ta’ rispett u ubbidjenza lil Missier li wasslu biex jgħid: “L-ikel tiegħi huwa li nagħmel ir-rieda ta’ Dak li bagħatni biex inwettaq l-opra tiegħu” (Ġw 4, 34). Ikkonferma u wettaq ukoll b’mod perfett l-imħabba tal-proxxmu, li għaliha iddefinixxa lilu nnifsu u ġab ruħu bħala “Bin il-Bniedem . . .ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu bħala prezz tal-fidwa ta’ bosta” (Mt20, 28).

6. Il-Knisja hija xhud tal-verità tal-bejatitudni mħabbra minn Ġesù (cf. Mt 5, 3-12). Tħabrek biex timmultiplika fid-dinja: “il-foqra fl-ispirtu”, li ma jfittxux fil-ġid materjali linqas fil-flus l-iskop tal-ħajja; “il-mansweti”, li jirrivelaw il-“qalb mansweta u umli” ta’ Kristu u jwarrbu l-vjolenza, “is-safja tal-qalb”, li jgħixu fil-verità u fil-lejaltà; “dawk li għandhom l-għatx tal-ġustizzja”, jiġifieri tal-qdusija divina li trid tistabilixxi ruħha fil-ħajja ndividwali u soċjali; “dawk li jħennu”, li jħennu għal dawk li qegħdin ibatu, u jgħinuhom, dawk li jaħdmu għall-paċi”, li jiffavorixxu r-rikonċiljazzjoni u l-ftehim tajjeb fost l-individwi u n-nazzjonijiet.

7. Il-Knisja hija xhud u kurriera tal-offerta sagrifikali li Kristu għamel minnu nnifsu. Issegwi t-triq tas-Salib u dejjem tfakkar il-fertilità tat-tbatija sostnuta u offruta f’għaqda mas-sagrifiċċju tas-Salvatur. L-uffiċċju profetiku tagħha jeżerċita lilu nnifsu fl-għarfien tal-valur tas-Salib. Għalhekk il-Knisja tisforza biex tgħix b’mod partikolari l-bejatitudni tal-imġarrbin u tal-ippersegwitati. Ġesù ħabbar il-persekuzzjonijiet għad-dixxipli tiegħu (cf. Mt 24, 9 par). Il-perseveranza fil- persekuzzjonijiet tappartieni lix-xhieda li l-Knisja tagħti lil Kristu: mill-martirju ta’ San Stiefnu (cf. At 7, 55-60), tal-Appostli, tal-ewwel suċċessuri tagħhom u ta’ tant insara, għat tbatijiet tal-isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi u sempliċi fidili li wkoll fi żmienna xerrdu demmhom u sofrew torturi, ħabs, umiljazzjoni ta’ kull xorta għall-fedeltà lejn Kristu. Il-Knisja hija xhieda tal-Qawmien mill-Imwiet; xhud tal-ferħ tal-bxara t-tajba; xhud tal-ferħ etern u ta’ dak diġa preżenti fil-ħajja terrena, moghti minn Kristu rxoxt, bħal ma se naraw fil-katekeżi li jmiss.

8. Fl-iżvolġiment ta’ din ix-xhieda multepliċi għall-ħajja ta’ Kristu, il-Knisja twettaq l-uffiċċju profetiku propju għaliha. U fl-istess ħin permezz ta’ din ix-xhieda profetika “tiżvela wkoll b’mod sħiħ il-bniedem għall-bniedem u tgħarraflu l-vokazzjoni l-iktar għolja tiegħu”, bħal ma qalilna l-Konċilju (GS 22). Din hija missjoni profetika li għandha sens għal kollox Kristoċentriku u li propju minħabba dan għandu valur antropoloġika profond, bħal dawl u qawwa ta’ ħajja derivanti mill-Verb inkarnat. F’din il-missjoni favur il-bniedem hija mpenjata illum iktar minn qatt qabel il-Knisja, billi taf li fil-fidwa tal-bniedem wieħed jilħaq il-glorja ta’ Alla. Minħabba f’dan jiena għidt sa minn fl-ewwel Enċiklika tiegħi Redemptor hominis li l-bniedem huwa t-triq tal-Knisja” (RH 14).

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb