45. Kristu jibni l-Knisja tiegħu fuq Pietru

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 25/11/1992.

1. Rajna li skont it-tagħlim tal-Konċilju, sommarju tad-duttrina tradizzjonali tal-Knisja, teżisti “ordni tal-Isqfijiet, li ssegwi l-kulleġġ tal-Appostli fil-maġisteru u fir-reġim pastorali”.

U li, anzi, dan il-kulleġġ episkopali bħala “kontinwazzjoni tal-korp apostoliku, flimkien mal-kap tiegħu, il-Pontefiċi Ruman, u qatt mingħajr dan il-kap, huwa wkoll suġġett għall-potestà suprema u sħiħa fuq il-Knisja kollha, għalkemm din il-potestà ma tistax tkun eżerċitata jekk mhux jekk mhux b’mod konsdenswali mal-Pontefiċi Ruman”  (LG 22). Dan it-test tal-Konċilju Varikan II ikellima dwar il-ministeru Petrin tal-Isqof ta’ Ruma fil-Knisja, minħabba li huwa Kap tal-kulleġġ episkopali. Għal dan il-punt importanti u suġġestiv tad-duttrina kattolika se niddedikaw il-grupp ta’ karekeżi li se nibdew illum, waqt li nipproponulkom li se nagħmlu espożizzjoni ċara u raġunata, li fiha is-sentiment taċ-ċokon personali jassoċja ruħu ma dik ir-responsabiltà li ġejja mill-mandat tas’ Ġesù lil Pietru u, b’mod partikolari, mit-tweġiba tal-Imgħallem divin dwar il-professjoni ta’ fidi tiegħu fl-inħawi ta’ Ċesarea ta’ Filuppu (Mt 16, 13-19).

2. Ejjew nerġgħu neżaminaw it-test u l-kuntest tad-djalogu mportanti, trażmess lilna mill-evanġelista Mattew. Wara li kien staqsa: “In-nies min jgħidu li huwa Bin il-bniedem?” (Mt 16, 13), Ġesù jistaqsi b’mod iktar dirett lill-Appostli: “intom min tgħidu li jien?” (Mt 16, 15). Huwa diġa sinifikarriv il-fatt li huwa Xmun li jwieġeb f’isem it-Tnax: “Inti l-Kristu, Bin Alla l-ħaj” (Mt 16, 13-16). Wieħed jasal li jaħseb li Xmun huwa dak li jitkellem f’isem it-Tnax, bis-saħħa ta’ personalità propja iktar vigoruża u impulsiva. Jistà jkun li, wkoll b’xi mod, dan il-fattur jidħol fin-nofs. Imma Ġesù jattribwixxi t-tweġiba lil rivelazzjoni speċjali magħmula mill-Missier ċelesti: “Imbiertek int, Xmun bin Ġona, għaliex la l-laħam u linqas id-demm ma rrivelawlek dan, imma Missieri li huwa fis-smewwiet” (Mt16, 17). ‘Il hemm u ‘l fuq mill-elementi kollha marbuta mat-temperament, mal-karattru, mal-appartenenza etnika, mal-kondizzjoni soċjali (“il-laħam u d-demm”), Xmun jibbenefika minn illuminazzjoni u spirazzjoni minn l-għoli, li Ġesù jikkwalifika bħala” rivelazzjoni”. Huwa bis-saħħa ta’ din ir-rivelazzjoni li Xmun jattwa l-professjoni tal-fidi f’isem it-Tnax.

3. U hawn hi d-dikjarazzjoni ta’ Ġesù, li bl-istess sollennità tal-forma tħalli jiddi s-sinifikar impenjattiv u kostituttiv li l-Imgħallem feħsiebu jtih: “U jiena ngħidlek: ingti Pietru” (Mt 16, 18). Iva, id-dikjarazzjoni hija sollenni: “Jiena ngħidlek”. Hija timpenja l-awtorità sovrana ta’ Ġesù. Din hija kelma ta’ rivelazzjoni, u ta’ rivelazzjoni effikaċi, li twettaq dak li tgħid. Isem ġdid jingħata lil Xmun, sinjal ta’ missjoni ġdida. L-impożizzjoni ta’ dan l-isem tiġi kkonfermata minn Marku (Mk 3, 16) u  Luqa (Lq 6, 14), fir-rakkont tal-għażla tat-Tnax. Ġwanni wkoll jitkellem dwarha, waqt li jippreċiża li Ġesù uża l-kelma aramajka “Kefa”, li tiġi tradotta bil-Grieg “Petros” (Ġw 1, 42). Inżommu quddiem għajnejna li t-terminu Aramajk “Kefa” (Cefa), użat minn Ġesù, kif ukoll it-terminu Grieg “petra” li jittraduċih, ifissru “blata”. Fid-Diskors tal-Muntanja Ġesù kien uża l-eżempju tal-“bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat” (Mt 7,24). Waqt li issa jdur fuq Xmun, Ġesù jiddikjarah li , grazzi għall-fidi tiegħu, don ta’ Alla, huwa għandu s-sodizza tal-blata, li fuqha huwa possibbli li jibni bini li ma jaqax. Ġesù mbagħad jesprimi d-deċizjoni propja li jibni fuq din il-blata tali bini, jiġifieri l-Knisja tiegħu. F’siltiet oħra tat-Testment il-Ġdid, insobu xbihat analogi, ukoll jekk mhux identiċi. F’xi testi Ġesù nnifsu jiġi msejjaħ, mhux il-“blata” li fuqha se jibni, imma l-“ġebla” li biha se jagħmel il-bini: “il-ġebla tax-xewka” li tassikura l-għaqda tal-bini. Il-bennej mela mhuwiex Ġesù, imma iktar Alla l-Missier (cf. Mt 12, 10-11; 1 Pt 2, 4-7). Il-prospettivi huma mela differenti. Hija verament oħra l-prospettiva li jindika l-Appostlu Pawlu meta jfakkar lill-Korintin li “minn arkitett għaref” huwa “qiegħed il-pedament” tal-Knisja tagħhom u mbagħad ippreċiża li dan il-pedament huwa “Ġesù Kristu” (cf. 1 Kor 3, 10-11). Permezz tad-diversità tal-prospettivi partikolari huwa madankollu possibbli li nintebħu b’parantela fl-isfond, li tippermettilna li nikkonkludu li Ġesù, bl-impożizzjoni ta’ isem ġdid, irrenda parteċipi lil Xmun Pietru fil-kwalità propja tal-pedament. Hemm bejn Kristu u Pietru rapport istitizzjunali li għandu għeruq fir-realtà profonda fejn il-vokazzjoni divina tittraduċi ruħha f’missjoni speċifika msawba fuqu mill-Messija.

4. Ġesù jkompli jiddikjara: “Fuq din il-blata jien se nibni l-Knisja tiegħi u l-bibien tal-infern ma jegħlbuhiex” (Mt16, 18). Dan huwa kliem li jixhed r-rieda ta’ Ġesù li jibni l-Knisja tiegħu b’riferenza essenzjali għall-missjoni u gl-poteri speċifiċi li Hu kellu fi żmienu jsawwab fuq Xmun. Ġesù jiddefenixxi lil Xmun Pietru bħala l-pedament li fuqu se tinbena l-Knisja. Ir-rapport Kristu-Poetru jirrifletti hekk fuq ir-rapport Pietru-Knisja. Jgħabbih b’valur u jiftaħ is-sinifikat tejoloġiku u spiritwali, li b’mod oġġettiv u b’mod ekkleżjali huwa l-bażi ta’ dak ġuridiku. Mattew huwa l-uniku evanġelista li jwasslilna dan il-kliem, imma għal dan il-għan hemm bżonn niftaktu li Mattew huwa wkloll l-uniku li ġabar xi tifkiriet ta’ nteress partikolari dwar Pietru (cf. Mt 14, 28-31), forsi b’riferenza għall-komunitajiet li għalihom kiteb il-Vanġelu tiegħu, u li fihom ried idaħħal il-konċett il-ġdid tasl-“assemblea msejħa” fl-isem ta’ Kristu, preżenti f’Pietru. Mill-banda l-oħra l-“isem il-ġdid” ta’ Pietru, mogħti minn Ġesù lil Xmun, huwa mwettaq mill-evanġelisti l-oħra, bla ebda kuntrast mas-sinifikat tal-isem spjegat minn Mattew.  Mill-bqija, wieħed jistà jara li ebda sinifikat ieħor ma setà jingħata.

5. It-test tal-evanġelista Mattew (Mt 16, 15-18), li jippreżenta lil Pietru bħala l-pedament tal-Knisja, kien oġġett ta’ bosta diskussjonijiet, li jridu bosta ħin biex dak li jkun jirreferi għalihom, u wkoll ta’ ċaħdiet, li, iktar minn provi bbażati fuq il-kodiċi bibbliċi u fuq it-tradizzjoni nisranija, joħorġu mid-diffikultà biex wieħed jifhem il-missjoni u l-poter ta’ Pietru u tas-suċċessuri tiegħu. Mingħajr ma ngħoddsu fil-partikulari nikkontentaw ruħna hawn billi nwasslu lil dak li jkun biex josserva li l-kliem ta’ Ġesù miġjub minn Mattew għandu timbru bla ebda dubju ta’ xejn semitiku, perċettibbli wkoll fit-traduzzjoni Griega u Latina; u li barra minn dan iqanqal novità nspjegabbli propju fil-kuntest kulturali u reliġjuż ġudajku li fih jippreżentah l-evanġelista. Infatti lil ebda kap reliġjuż tal-ġudaiżmu kontemporanju ma tiġi attribwita l-kwalità tal-ġebla fondamentali. Ġesù iżda jattribwiha lil Pietru. Din hija n-novità l-kbira introdotta minn Ġesù. Ma setgħetx tkun il-frott ta’ invenzjoni umana, la f’Mattew, linqas f’awturi li ġew wara.

6. Jeħtieġ nippreċiżaw ukoll li l-“Blata” li dwarha jitkellem Ġesù hija propjament il-persuna ta’ “Xmun”. Ġesù jgħidlu: “Inti Kefa”. Il-kuntest ta’ din id-dikjarazzjoni iġegħelna nifħmu iktar aħjar is-sens ta’ dik l-“Int-persuna”. Wara li Xmun qal min hu Ġesù, Ġesù jgħid min hu Xmun, skont il-proġett tiegħu tal-bini tal-Knisja. Huwa minnu li Xmun jiġi msejjaħ Blata wara l-professjoni tal-fidi, u li dan jimplika relazzjoni bejn il-fidi u r-rwol ta’ blata msawwab fuq Xmun Dobbiamo anche precisare che la “Pietra” di cui parla Gesù è propriamente la persona di Simone. Gesù gli dice: “. Imma l-kwalità ta’ blata hija attribwita lill-persuna ta’ Xmun, mhux lil att tiegħu, alavolja nobilissmu u tant jogħġob lil Ġesù. Il-kelma blata tesprimi esseri permanenti, eżistenti, mela tapplika għall-persuna pjuttost milli għal att tiegħu, neċessarjament passiġġier. Dan jikkonfermah il-kliem successiv ta’ Ġesù, li jipproklama li l-bibien tal-infern, jiġifieri l-qawwiet tal-mewt, ma jirtbħux “kontra tagħha”. Din l-espressjoni, tistà tirreferi għall-Knisja jew għall-blata. Ir-rapport Pietru-Knisja jirrepeti fih innifsu r-rabta bejn il-Knisja u Kristu. Infatti Ġesù jgħid”Il-Knisja tiegħi”. Dan ifisser li l-Knisja se tkun dejjem Knisja ta’ Kristu, Knisja li tappartieni lil Kristu. Hija ma ssirx il-Knisja ta’ Pietru. Imma, bħal ma l-Knisja ta’ Kristu, hija mibnija fuq Pietru, li huwa Kefa fl-isem u bis-saħħa tas’ Kristu.

7. L-evanġelista Mattew iwasslilna metafora oħra li għaliha rrikorra Ġesù biex jispjega lil Xmun Pietru – u lill-Appostli l-oħra – dak li jrid jagħmel bih: “Lilek se nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet” (Mt 16, 19). Hawn ukoll ninnutaw minnufih li, skont it-tradizzjoni bibblika, huwa l-Messija li jippossiedi l-imfietaħ tas-saltna. L-Apokalissi, infatti,, waqt li jaqbad mill-ġdid l-espressjoni tal-profeta Iżaija, jippreżenta lil Kristu bħala “il-Qaddis, il-veritier, Dak li għandu l-imfietaħ ta’ David; meta hu jiftaħ, ħadd ma jagħlaq, u meta jagħlaq, ħadd ma jiftaħ” (Ap 3-7). It-test ta’ Iżaija ( 22, 22), li jirrigwarda lil ċertu Eliakim, jidher bħala espressjoni profetika tal-era messjanika, li fiha l-“imfietaħ” iservu biex jiftħu u jagħlqu mhux id-dar ta’ David (bħala bini jew bħala dinastija), imma s-“saltna tas-smewwiet”: din ir-realta ġdida traxxendenti mħasbbra u mwettqa minn Ġesù. Ġesù, infatti, huwa dak li, skont l-Ittra lil-Lhud, bis-sagrifiċċju tiegħu “daħal fis-santwarju ċelesti” (Lh 9, 24): jippossiedi l-imfietaħ u jiftaħ il-bieb. Dawn l-imfietaħ Ġesù jagħtihom lil Pietru, li allura jirċievi l-poter fuq is-saltna, poter li se jeżerċita f’isdem Kristu, bħala l-maġġordom tiegħu u kap tal-Knisja, dar li tilqà lil dawk li jemmnu fi Kristu, l-ulied ta’ Alla.

8. Lil Pietru infatti Ġesù jgħid: “Dak kollu li torbot fuq l-art, ikun marbut fis-smewwiet; u dak kollu li tħoll fuq l-art, ikun maħlul fis-smewwiet” (Mt 16, 19). Din hija similitudni oħra wżatha minn Ġesù biex juri t-rieda tiegħu li jsawab fuq Xmun Pietru poter universali u sħiħ, iggarantit u awtentikat minn approvazzjoni ċelesti. Dan mhuwiex biss il-poter li jħabbar punti tad-duttrina jew direttivi ġenerali ta’ azzjoni: skontĠesù, dan huwa poter “li jħoll u jorbot”, jew aħjar li jieħu l-miżuri kollha mitluba mill-ħajja u mill-iżvilupp tal-Knisja. L-oppożizzjoni “torbot-tħoll” isservi biex turi t-totalità tal-poter.

Imma hemm bżonn li dlonk inżidu li l-iskop ta’ dan il-poter huwa li jiftaħ l-aċċess għas-saltna, mhux li jagħlqu: “tiftaħ”, jiġifieri tagħmel possibbli d-dħul fis-saltna tas-smewwiet, u mhux topponi ostakli li jammontaw għal “għeluq”. Tali hija l-finalità propja tal-ministeru Petrin, radikat fis-sagrifiċċju feddej ta’ Kristu, li ġie biex isalva u jkun Bieb u Ragħaj ta kulħadd fil-komunjoni tal-unika Mergħa (cf. Ġw 10, 7. 11. 16). Permezz tas-sagrifiċċju tiegħu, Kristu sar “il-bieb tan-nagħaġ”, li tiegħu kienet il-figura dik mibnija minn Elijasib, sommu saċerdot, flimkien ma’ ħutu s-saċerdoti, impenjati biex jibnu l-ħitan ta’ Ġerusalem, f’nofs il-V seklu qabel Kristu (cf. Ne 3, 1). Il-Messija huwa l-veru Bieb ta’ Ġerusalem il-Ġdida, mibnija b’demmu mxerred fuq is-salib. Ta’ dasn il-Bieb huwa afda l-imfgietaħ lil Pietru, sabiex ikun il-ministru tal-poter feddej tiegħu fil-Knisja.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading