47. Pietru mqabbad jagħlef in-Nagħaġ


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 09/12/1992.

1. Il-wegħda magħmula minn Ġesù lil Xmun Pietru, li jagħmlu ġebla fundamentali tal-Knisja tiegħu, hija riflessa fil-mandat li l-Kristu jafdalu wara l-Qawmien mill-Imwiet: “Irgħa l-ħrief tiegħi”, “Irgħa n-nagħaġ tiegħi” (Ġw21, 15-17).

Hawn hemm rapport oġġettiv bejn il-konferiment tal-missjoni ċcertifikat mir-rakkont ta’ Ġwanni, u l-wegħda irreferuta minn Mattew (cf. Mt 16, 18-19). Fit-test ta’ Mattew kien hemm aħbar. Il-kliem: “Irgħa n-nagħaġ tieghi” juri l-intenzjoni ta’ Ġesù li jassikura l-ġejjieni tal-Knisja minnu mwaqqfa, taħt it-tmexxija ta’ ragħaj universali, jew aħjar Pietru, li lilu qal li, bil-grazzja tiegħu, se jkun il-“blata” u li se jkollu l-“imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet”, bil-poter “li jorbot u li jħoll”. Ġesù, wara l-qawmien mill-imwiet, jagħti forma konkreta lill-aħbar u lill-wegħda ta’ Ċesarea ta’ Filippu, waqt li stabilixxa l-awtorità ta’ Pietru bħala ministeru pastorali tal-Knisja, b’firxa universali.

2. Ejjew ngħidu minnufih li f’tali missjoni jintegra ruħu d-dmir li “jwettaq lil ħutu” fil-fidi li dwaru tkellimna fil-katekeżi preċedenti. Li “jwettaq lil ħutu” fil-fidi u li “jirgħa n-nagħaġ” jikkostitwixxu flimkien il-missjoni ta’ Pietru: wieħed jgħid ir-realtà tal-ministeru tiegħu universali. Bħal ma jiddikjara l-Konċilju Vatikan I, it-tradizzjoni kostanti tal-Knisja kkonsidrat b’mod ġust li l-primat apostoliku ta’ Pietru “jinkludi wkoll l-potestà suprema tal-maġisteru” (cf. Denz.-S. 3065). Kemm il-primat kif ukoll il-potestà tal-maġisteru ġew mgħoddija lil Pietru bħala persuna Singolari b’mod dirett minn Ġesù, ukoll jekk iż-żewġ prerogattivi huma ordnati għall-Knisja, minġhajr iżda ma jirriżultaw mill-Knisja, imma biss minn Kristu. Il-Primat ingħata lil Pietru (cf. Mt 16, 18) bħala – l-espressjoni hija ta’ Santu Wistin – “totius Ecclesiae figuram gerenti”(Epist., 53,1.2), jew aħjar ladarba huwa personalment jirrapreżenta l-Knisja kollha; u d-dmir u l-poter ta’ maġisteru tiegħu ġew mogħtija lilu bħala fidi mwettqa għaliex hija konfermanti għall-“aħwa” kollha (cf. Lc 22, 31 s). Imma kollox huwa fil-Knisja u għall-Knisja, li tagħha Pietru huwa sies, klaviġeru (dak li għandu l-imfietaħ), u ragħaj fl-istruttura viżibbli, f’isem u bil-mandat ta’ Kristu.

3. Ġesù Kien ħabbar bil-quddiem din il-missjoni lil Pietru mhux biss f’Ċesarea ta’ Filippu, imma wkoll fl-ewwel sajda mirakoluża, meta, lil Xmun li kien stqarr li hu kien midneb, kien qallu: “La tibżax, minn issa ‘il quddiem int tkun sajjied tal-bnedmin” (Lq 5, 10). F’tali ċirkustanza, Ġesù kien irriserva din l-aħbar għal Pietru personalment, waqt li ddistingwieh minn sħabu u mill-assoċċjati, fosthom “ulied Żebedew”, Ġwanni u Ġakbu (cf. Lc 5, 10). Ukoll fit-tieni sajda mirakoluża, wara l-qawmien mill-imwiet, toħroġ il-persuna ta’ Pietru f’nofs l-Appostli l-oħra, skont id-deskrizzjoni tal-ġrajja magħmula minn Ġwanni (Gv 21, 2 ss), kważi biex donnu jibgħat it-tifkira fil-kwadru ta’ simboliżmu profetiku tal-fertilità tal-missjoni afdata minn Kristu lil dawk is-sajjieda.

4. Meta Ġesù jkun se jagħti lil Pietru l-missjoni, idur fuqu b’titlu uffiċċjali: “Xmun bin Ġwanni” (Ġw 21, 15), imma mbagħad jassumi ton familjari u ta’ ħbiberija: “Thobbni iktar minn dawn?”. Din il-mistoqsija tesprimi nteress għall-persuna ta’ Xmun Pietru u hija konnessa mal-elezzjoni tiegħu għal missjoni personali. Ġesù jifformulaha bi tliet biċciet, mhux mingħajt riferiment impliċitu għaċ-ċaħda tripla. U Pietru jagħti tweġiba li mhix ibbażata fuq il-fiduċja fuq il-qawwiet u l-ħiliet personali, fuq il-merti propji. Issa huwa jaf sewwa li għandu jqiegħed il-fiduċja tiegħu fi Kristu biss: “Mulej, inti taf kollox, int taf li jien inħobbok” (Ġw 21, 17). Evidentement id-dmir ta’ ragħaj jitlob imħabba partikolari lejn Kristu. Imma huwa hu, huwa Alla, li jagħti kollox, ukoll il-ħila li dak li jkun iwieġeb għall-vokazzjoni, li jwettaq il-missjoni propja. Iva, hemm bżonn li jgħid li “kollox huwa grazzja”, speċjalment f’dak il-livell!

5. U meta rċieva t-tweġiba mixtieqa, Ġesù jagħti lil Pietru l-missjoni pastorali: “Irgħa l-ħrief tiegħi”; “Irgħa n-nagħaġ tiegħi”. Dan huwa titwil tal-missjoni ta’ Ġesù, li dwaru nnifsu qal: “Jiena r-Ragħaj it-Tajjeb” (Ġw 10, 11). Ġesù, li pparteċipa lil Xmun il-kwalità tiegħu ta’ “blata”, jikkomunikalu wkoll il-missjoni tiegħu ta’ “ragħaj”. Din hija komunikazzjoni li tinvolvi komunjoni ntima, li hija trasparenti wkoll mill-formulazzjoni ta’ Ġesù: “Irgħa l-ħrief tiegħi . . . in-nagħaġ tiegħi”; bħal ma kien diġa qal: “Fuq din il-blata se nibni l-Knisja tiegħi” (Mt 16, 18). Il-Knisja hija propjetà ta’ Kristu, mhux ta’ Pietru. Ħrief u nagħaġ jappartienu lil Kristu, u lil ħadd iktar. Jappartienu lilu bħal ma lir-“ragħaj it-tajjeb”, li joffri ħajtu għan-nagħaġ tiegħu” (Ġw 10, 11). Pietru jrid jassumi l-ministeru pastorali fir-rigward tal-bnedmin mifdija “bid-demm prezzjuż ta’ Kristu” (1 Pt 1, 19). Dwar ir-rapport bejn Kristu u l-bnedmin, li saru propjetà tiegħu permezz tal-fidwa, jissejjes il-karattru ta’ servizz li jimmarka l-poter marbut mal-missjoni mogħtija lil Pietru: servizz lil Dak li huwa biss “ragħaj u għassies ta’ rwieħna” (1 Pt 2, 25), u fl-istess ħin għal dawk kollha li Kristu-Ragħaj it-tajjeb feda bi prezz tas-sagrifiċċju tas-salib. Huwa ċar, barra minn dan, il-kontenut ta’ tali servizz: bħal ma r-ragħaj jiggwida n-nagħaġ lejn il-postijiet li fihom jistgħu jsibu ikel u sikurezza, hekk ir-ragħaj tal-erwieħ irid joffrilhom l-ikel tal-kelma ta’ Alla u tar-rieda mqaddsa tiegħu (cf. Ġw 4, 34), waqt li jassikura l-għaqda tal-merħla u waqt li jiddefendiha minn kwalunkwè attakk ostili.

6. Bla dubju, il-missjoni tinħtieġ poter, imma għal Pietru – u għas-suċċessuri tiegħu – din hija potestà ordnata mas-servizz, għal servizz speċifiku, ministerium. Pietru jirċeviha fil-komunità tat-Tnax. Huwa hu wieħed mill-komunità tal-Appostli. Imma mhemmx dubju li Ġesù, kemm permezz tal-aħbar (cf. Mt 16, 18-19), kemm permezz tal-għotja tal-missjoni wara l-qawmien mill-imwiet tiegħu, jirreferi b’mod partikolari lil Pietru dak li jittrażmetti lill-Appostli kollha, bħala missjoni u bħala poter. Lilu biss Ġesù jgħid: “Irgħa”, waqt li rrepetihielu tliet darbiet. Minn dan joħroġ li fil-qasam tad-dmir komuni tat-Tnax, jieħdu forma għal Pietru missjoni u poter, li jmissu biss lilu.

7. Ġesù jindirizza lil Pietru bħala persuna singola f’nofs it-Tnax, mhux biss bħala lil rapreżentant ta’ dawn it-Tnax: “Tħobbni int iktar minn dawn?” (Ġw 21, 15). Għal dan is-suġġett – l-int ta’ Pietru – hija mitluba d-dikjarazzjoni ta’ mħabba u hija mogħtija din il-missjoni u awtorità singolari. Pietru mela huwa distint fost l-Appostli l-oħra. Ukoll ir-ripetizzjoni tropla tal-mistoqsija dwar l-imħabba ta’ Pietru, probabilment minħabba ċ-ċaħda tripla ta’ Kristu, taċċentwa l-fatt tal-għotja lilu ta’ ministerium partikolari, bħala deċiżjoni ta’ Kristu nnifsu, indipendentement minn kwalunkwè kwalità jew mertu tal-Appostlu, u anzi minkejja l-infedeltà momentaja tiegħu.

8. Il-komunjoni fil-missjoni messjanika, stabbilita minn Ġesù ma’ Pietru permezz ta’ dak il-mandat: “Irgħa l-ħrief tiegħi . . .”, ma tistax ma tinvolvix sehem tal-Appostlu-Ragħaj fl-istat sagrifikali ta’ Kristu-Ragħaj it-Tajjeb “li joffri ħajtu għan-nagħaġ tiegħu”. Din hija l-qofol ta’ interpretazzjoni ta’ bosta ġrajjiet, li jsibu ruħhom fl-istorja tal-pontifikat tas-suċċessuri ta’ Pietru. Tul l-ark kollu ta’ din l-istorja tinfirex l-profezija ta’ Kristu: “Meta tixjieħ tifrex idejk, u xi ħadd ieħor ilibbsek ħwejġek u jieħdok fejn ma tridx” (Ġw 21, 18). Kienet il-profezija tal-konferma li Pietru kien se jagħti lill-ministeru tiegħu pastorali permezz tal-mewt bil-martirju. Bħal ma jgħid Ġwanni, b’tali mewt Pietru “kellu jigglorifika lil Alla” (Ġw 21, 19). Is-servizz pastorali, afdat lil Pietru fil-Knisja, kellu jkollu l-konsumazzjoni tiegħu fis-sehem fis-sagrifiċċju tas-salib, offrut minn Kristu għall-fidwa tad-dinja. Is-salib li kien feda lil Pietru, kellu hekk isir għalih mezz privileġġjat għall-eżerċitazzjoni sal-aħħar ta’ dmiru ta “Qaddej tal-qaddejja ta’ Alla”.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb